|
Gheziez,
Hekk kif ghadu kemm ghadda il-Jum ghaziz tat-12
ta' Mejju, issa fadal biss ftit gimghat biex
niccelebraw bil-kbir il-Festa ta' San Filep,
Patrun Titulari ta' Haz-Zebbug. Kif wiehed jista
jobsor, il-hidma bi preparazzjoni ghal din
il-Festa waslet fil-qofol taghha u dalwaqt tibda
tissarraf fi spettakli ta' Nar, Banda u Armar li
jaghmel unur kemm ghal Kazin 12 th May kif ukoll
ghal Haz-Zebbug kollhu. Fuq
www.12thmay.com
qed inwasslulkom xi ritratti tal-preparamenti li
qed isiru ghal-festa ta' din is-sena.
Infakkrukom li bhalissa 12 th May Radio beda
jxandar fuq il-frequenza ta' 96.5fm bi programmi
b'rabta mal-festa u Haz-Zebbug il-gurnata kollha.
Niehu din l-okkazjoni biex nghidilkom illi nhar
it-Tnejn 28 ta' Mejju 2007 ser issir laqgha
il-kazin ghaz-zaghzagh taht it-18 il-sena.
Grazzi. |