|
Il-Professur Antonio Sciortino twieled Haz-Zebbug nhar il-25
ta’ Jannar 1879. Sciortino qatta tfulitu fl-eghlieqi li
l-familja tieghu kienet tiehu hsieb fl-inhawi tal-Gnien iz-Zghir,
fejn waqt li kien jirgha n-nghag ta’ spiss kien jghaddi
l-hin inaqqax bil-mus fuq xi bicca gebla figuri ta’ nies
u ta’ annimali. Wara nkoraggiment minn kuginuh Lazzaro
Pisani, li f’dak iz-zmien kien diga pittur stabbilit,
Antonio nkiteb bhala student fl-iskola ta’ l-arti, il-Belt
Valletta. Matul iz-zmien li dam f’din l-iskola, spikka
hafna bil-marki gholjin li dejjem kien jikseb. Dan is-success
nissel fih il-hajra li jkompli l-istudji tieghu barra minn Malta.
Il-qaghda finanzjarja tal-familja tieghu ma’ kienetx wahda
li setghet taghmel tajjeb ghal dawn l-ambizjonijiet.
Iz-zija
tieghu, Vittorina Sciortino, introducietu ma Donna Luisa, omm
Lord Strickland, li kienet stumentali ghalieh biex jikseb borza
ta' studju minghand il-gvern ghall-kors fl-arti f’Ruma.
Fis-sena 1900 beda' kors ta’ sentejn fl-Istituto di Belle
Arti f’Ruma fejn studja l-inginerija u l-arkitettura monumentali.
L-ewwel xoghol artistiku kbir ta’ Sciortino huwa Les Gavroches
skultura li saret fis-sena 1907 u li turi tlett itfal fqar tat-triq.
Din l-iskultura tinsab fil-Barrakka ta’ Fuq u hi meqjusa
bhala monument ta’ importanza Nazzjonali. Sciortino stabilixxa
ruhu fost l-aqwa skulturi li kienu mgharufin dak iz-zmien gewwa
Ruma. Antonio rebah diversi kompetizzjonijiet internazzjonali
li ghamlulu ismu maghruf f’pajjizi bhal l-Amerika, il-Gappun,
ir-Russja, u l-Afrika t’isfel fejn jinsabu uhud mill-aqwa
xogholijiet tieghu. Ghal tlett snin shah hadem fuq il-pjanti
w l-abbozzi ta’ monument li kellu jkun maghruf bhala t-“Tempju
ta’ l-Imperu Ingliz ghall-Eroj mhux Mgharuf”. Dan
kien progett kolossali li kellu jinbena fl-Londra. Sciortino
zviluppa dan il-progett ta’ dimensjoni enormi bhala mafkar
ta’ gieh lis-“Suldat mhux Mgharuf”. Din l-idea
ta’ mafkar ta’ gieh, simbolu tal-mejtin tal-gwerra
giet l-ewwel darba minn Antonio Sciortino. Il-fatt li hafna
nazzjonijiet waqqfu l-mafkar taghhom lis-“Suldat mhux
Mgharuf” jixhed il-kobor artistiku ta’ dan l-Iskultur
minn Haz-Zebbug.
Wara li gie minn Ruma, Sciortino rregala bosta abbozzi tal-gibs
u xogholijit minn tieghu lil poplu Malti permezz ta’ att
pubbliku. Huma bosta l-monumenti u x-xogholijiet ta’ Sciortino
mxerdin ma’ Malta u li wiehed kellhu joqghod isemmihom
kollha ma’ jispicca qatt izda zgur l-aktar monument ghal
qalb il-Maltin huwa dak li jfakkar il-Kungress Ewkaristiku maghruf
ahjar bhala l-monument ta’ Kristu Re fil-Furjana.
Nhar l-10 ta’ Awissu 1947, dan il-genju tal-arti halla
din id-dinja u gie midfun fil-qabar tal-familja fic-cimiterju
ta’ Haz-Zebbug.
|