|
Dun Karm Psaila twieled gewwa Haz-Zebbug, fit-18 ta’ Ottubru,
1871. Missieru kien jismu Filippu Psaila, u ommu Lunzjata. Hu
miet fit-13 ta’ Ottubru, tal-1961.
Fil-poeziji tieghu, hu tkellem fuq bosta suggetti, fosthom id-dekadenza
fil-morali li kien qieghed jigri. Hu kiteb fuq il-lingwa Maltija,
il-bandiera nazzjonali u
t-tradizzjonijiet tal-pajjiz. Poeziji
li ghandhom x’jaqsmu ma din, hemm ‘L-Ghodwa’, ‘Nofs il-Lejl
Sajfi’, ‘Qawsalla’, ‘L-Ghanja ta’ l-Imhabba’ w ‘It-tifla tar-Raba’.
Ukoll, ma naqqasx li jsemmi nvenzjonijiet li kienu qed issiru
dak iz-zmien; ‘O radju!’ turi l-iskantament lejn dinja gdida
li qeghda tikkomunika b’mod differenti, ‘Il-Vjatku’ turi l-imhabba
li tersaq lil Alla qrib in-nies fl-ahhar mumenti ta’ hajjithom,
u ‘E-Boats’, li titkellem dwar attakk mill-ghadu fil-port taghna
fit-Tieni Gwerra Dinija.
Il-kitbiet imorru iktar lura… jitkellmu fuq l-Assedju l-Kbir
ta’ l-1565, meta kien waqa l-forti ta’ Sant Iermu – ‘Il-Ghanja
tar-Rebha’. Anki, pitter xena’ fil-kitba tieghu ‘Dehra tat-8
ta’ Settembru, 1565’, tal-Gran Mastru La Vallette, li kien il-mohh
wara assedju u kumbatimenti shah. Iddeskrivih bhalha l-iljun
li ma jaghjiex bix-xabla f’idejh u bid-daqq tal-qniepel idoqqu
motti ta’ ferh. Ma jonqosx li Dun Karm, li f’poeziji ohra, jaghti
gieh lil persuni famuzi Maltin li ggieldu ghall-pajjizhom, fosthom
Dun Mikiel Xerri.
Ma jistax jonqos, li l-poeta nazzjonali li jaghti lil Alla f’poeziji
religjuzi w ta’ ringrazzjament. Insibu l-poezija popolari, ‘Adoriam
Ostia Divina’ li nkitbet fl-1931.
Kiteb bil-Malti, bil-Latin u Taljan.
F’Mejju 1984, lahaq gie ordnat qasis, u bejn 1896 u 1921 Dun
Karm ghallem fis-Seminarju. Fl-1910, kien hemm riforma li tghid
li min jghallem fis-seminarju ma kellux joqghod hemmhekk. Ghalhekk,
Dun Karm kellhu jmur joqghod gewwa l-Belt, ezattament 15, Old
Bakery Street. Fl-1915, hu kiteb ‘Lill-Kanarin Tieghi’, li turi
li l-poeta hass mumenti iebsin.
Dun Karm kompla jibni fuq li kien ghamel Frangisku Saverju Caruana,
fejn beda’ jorganizza l-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti fl-1921.
Maz-zmien, kien hemm min kiteb li l-lingwa Maltija kienet lingwa
baxxa w ‘tal-kcina.’ Dun Karm wiegeb bil-poezija ‘Ghaliex?’
fejn talab lil Maltin hutu, biex ma jitilqux il-lingwa ta’ arthom.
Hu jesprimi r-rispett lejn il-lingwi l-ohra kollha, pero’ l-imhabba
ghandha dejjem tibqa’ lejn il-lingwa Maltija.
Fl-1922 l-Arcisqof lahqu Monsinjur tal-katidral, u hames snin
wara lahaq bhalha Assistent Bibljotekarju. Fl-1923 inkiteb l-Innu
Nazzjonali f’forma ta’ talba. Il-muzika kienet miktuba minn
Robert Sammut. Kien iddikjarat bhala innu Nazzjonali fis-27
ta’ Frar, 1941. Dun Karm telaq mill-Belt Valletta fl-1936 u
mar joqghod ta’ Sliema. Miet 5 t’ijiem qabel ghalaq id-90 sena,
fl-1961. |