|
F.S. Sciortino bin Guzeppi u Saveria xebba Said, twieled Haz-Zebbug
fit-12 ta' Novembru 1875. Francesco flimkien ma huh Antonio
(1879-1947) gew immressqa lejn l-istudju ta' l-arti mill-kugin
taghhom Lazzru Pisani li kien diga stabbilit fil-qasam tal-pittura.
L-ewwel ghalliem ta' Sciortino fl-immudellar kien il-professur
Vincenzo Cardona. Fl-1891 ingab Malta l-Professur Moschetti
biex jahdem monument f'gieh il-Markiz Bugeja. Pisani stieden
lil kuginuh Francesco biex imur mieghu l-kunvent tal-Patrijiet
Karmelitani tal-Belt fejn Moschetti kien armat bl-istudju tieghu.
Ic-ckejken Sciortino accetta bil-ferh u baqa' mibluh bl-espressjoni
naturali u x-xoghol fin li kien qed isir fuq il-bust tal-Markiz
Bugeja. Dan kollu kompla jzid fi Francesco l-entuzjazmu lejn
l-arti u talab lil kuginuh ilaqqghu ma Moschetti u jitolbu biex
jaccettah bhala student tieghu. Din il-bicca xoghol ghal Pisani
ma kinitx problema izda meta ltaqghu ma Moschetti u Pisani gharrfu
bix-xewqa tac-ckejken kuginuh, Moschetti dar fuq Francesco u
qallu li jekk irid li jsir artist tassew tajjeb irid jghamel
kif kien ghamel hu, jigifieri jmur Ruma u jistudja l-arti minn
hemmekk. Dan il-kliem nissel determinazzjoni kbira fi Francesco
u minn hawn 'il quddiem beda jahdem u jistinka sabiex igemma
xi haga tal-flus halli jkun jista jilhaq l-iskop tieghu u jsegwi
l-parir siewi ta' Moschetti. Lazzru Pisani kien ferm strumentali
bl-ghajnuna kemm teknika u finanzjarja. Kien ukoll jghaddilhu
xi kummisjonijiet sabiex iservuh ta' prattika kif ukoll biex
jaqla xi haga tal-flus. Wahda minn dawn ix-xoghlijiet kienet
l-iskultura fl-abbozzi tal-vintartal tal-fidda ta' l-artal maggur
tal-knisja ta' Haz-Zebbug. Dan il-vintartal mahdum fuq id-disinn
u d-direzzjoni ta' Pisani tlesta fl-1895 meta Sciortino kellhu
biss 20 sena. Huwa rnexxielu jikseb ghajnuna finanzjarja ukoll
mill-Bugeja Art Bequest sakemm fl-1897 halla Malta ghal Ruma.
Lazzaro Pisani rrakkomanda lil Francesco ma Capt. Giuzeppe Milo
li hadlu hsieb li jaghtih id-dokumenti mehtiega sabiex jigi
accettat fir-Regio Istituto de Belle Arti. Barra t-taghlim f'din
l-istituzzjoni prestigjuza, huwa beda jattendi wkoll il-lezzjonijiet
ta' fil-ghaxija ta' l-arti ornamentali fil-Municipio u fil-British
Academy of Art. Is-successi ta' Sciortino gew imfahhra kemm
f'gazzetti f'Ruma kif ukoll fuq il-gazzetti Maltin, Malta u
Daily Malta Chronacle. Fl-1902 bix-xoghol tieghu Martyr of the
Fort St. Elmo Siege kiseb l-ewwel premju. Dan ticcertifikah
ittra mibghuta mir-Regio Istituto di Belle Arti fit-8 ta' Lilju
1902 fejn tghid: "una classificazzione di dieci su dieci
con lode". Gewwa Milan, Sciortino attenda lezzjonijiet
fl-Akkademja ta' Brera taht il-Professur Eugenio Butti.
Propju meta kien gewwa Milan, Francesco ltaqa' ma' Dun Martin
Camilleri minn Nadur. Din il-hbiberija fissret ghal Scortino
numru kbir ta' kummisjonijiet ghar-rahal tan-Nadur.
Fl-1903
meta kien ghadu Milan, gie mqabbad minn Dun Martin biex jaghmel
id-disinn ta' zewg lanterni originali ghall-fratellanza ta'
San Pietru u San Pawl. Sodisfatt bix-xoghol u fiducjuz fil-kapacitajiet
ta' Sciortino li kien ghadu kemm gie lura Malta, fl-1904 Dun
Martin urieh ix-xewqa li ried ikabbar il-knisja tan-Nadur u
zejjinha b'Koppla majestuza. Dan kien progett ambizzjuz li ta'
27 sena Sciortino dahal ghalieh b'entuzjazmu u b'hekk irnexxielu
juri l-kapacitajiet tieghu fl-arkitettua. Il-progett kien jikkonsisti
minn tkabbir tal-knisja permezz tal-bini ta' navi fil-gnub,
immudellar mill-gdid tal-faccata u bini ta' koppla originali.
Sa dan iz-zmien, f'Malta kienet ghadha qatt ma dehret koppla
li tiskorri n-nofs cirku, u kienu jigu mifruda bi dniefel jew
hajt ohxon hafna biex jghamel tajjeb ghas-sahha laterali li
titfa l-koppla. Hafna drabi dan il-hajt tant kien ikun kbir
li minn barra, l-kurvatura tal-koppla ftit li xejn tibda tidher.
Ghan-Nadur, il-Kanunku Camilleri ried xi haga gdida ghal Malta.
Sciortino ddisinja koppla tawwalija li taqbez in-nofs cirku
fuq stil rinaxximentali. Kif raw il-pjanta, periti u nies tas-sengha
thassbu mhux ftit u lil Francesco ppruvaw ihassrulu kemm jifilhu.
Huma spekulaw li l-Knisja kienet se tinfetah bil-piz izda Sciortino
kien jaf sew x'inhu jaghmel. L-aperturi kbar fit-tambur, barra
li jdawlu l-bazilika, kienu mahsubin ukoll biex jitnaqqas il-piz
tal-koppla. Ghalkemm xi ftit bezghan, Dun Martin accetta l-proposta
ta' Sciortino u inghata bidu ghax-xoghol. Nhar l-24 ta' Settembru
1913, tpogga s-salib fuq il-quccata u l-koppla kienet tiddomina
l-gzira tat-tlett gholjiet. Dan kollhu sikket l-incertezzi li
tqajjmu, Francesco Sciortino hareg bl-unuri kollha. L-istil
u s-sistema tac-cinturini uzati minn Sciortino servew ta' mudell
ghall-koppli ohra li nbnew wara fosthom tas-siggiewi ta' Vassallo
u ta' Rahal Gdid ta' Guze D'Amato.
Matul dan iz-zmien, kien ukoll ghalliem ta' l-arti u d-disinn
fl-iskejjel tal-gvern. Huwa gie mqabbad mill-gazzetta Daily
Malta Chronicle biex jaghmel il-monument tal-Markiz Giuseppe
Scicluna fil gnien tal-Mall il-Furjana. F'dawn iz-zminijiet
hadem bosta monumenti ghal oqbra ta' nies importanti, fosthom
insemmu dak ta' Sir Temi Zammit, u ghall-familji nobbli bhal
ta' Apap Testaferrata u Navarro.
Fl-1911 gie nkarigat biex jorganizza l-The Coronation Exibition
ta' Londra. Ghal din il-wirja, huwa esebixxa sitt statwi li
jirraprezentaw suggetti differenti flimkien ma disgha ohra b'tema
folkloristika. Fost dawn l-istatwi nsibu wahdu bit-titlu Dames
de L'lle De Malte li tirrafigura mara bl-ghonnella. Din l-istatwetta
kisbet hafna tifhir u giet esebita kemm il-darba f'wirjiet internazzjonali.
Fl-istess festa ta' l-inawgurazzjoni tal-koppla tan-Nadur (1915),
fl-istess parrocca gie mzanzan ostensorju ghar-relikwiji ta'
San Pietru u San Pawl. Dan l-ostensorju nhadem mill-iskultur
Pawlu Falzon fuq disinn ta' Sciortino.
Wara li hass li x-xoghol f'Malta kien qed jonqos, fl-1914 emigra
lejn il-Kanada f'Montreal. Hawn mall-ewwel stabilixxa ruhu u
hadem statwi ornamentali, dekorazzjoni fi swali u fi djar tas-sinjuri,
u xoghlijiet ta' arkitettura.
Dawn
iz-zminijiet kienu mill-aqwa fil-karriera ta' Sciortino fejn
matulhom kemm ix-xoghol kif ukoll il-fama tieghu nxterdu minn'
Halifax sa Vancouver. Dan is-success ma giex wahdu imma b'hafna
sagrificcji u bil-kuragg u l-pacenzja li kien mgharuf ghalihom
Sciortino. F'Novembru ta' l-1921, waqt assembleja generali f'Toronto,
gie elett bhala Associate of the Royal Canadian Academy of Arts
(A.R.C.A) Dan kompla jzidlu l-fama li diga kellhu, u gibed aktar
lejh l-attenzjoni tal-kritici ta' l-arti. Fl-edizzjoni 46 ta'
l-esebizzjoni ta' din l-akkademja, Sciortino ppartecipa b'erba'
xogholijiet. Dawn kienu: Martyr of the Fort St. Elmo Siege,
Dames de L'lle De Malte, Weight of Dissoliution u Permanent
Smile. Fuq dawn l-esebiti, l-iskultur qala' bosta kliem ta'
tifhir mill-pubbliku kif ukoll mill-istampa. Fuq il-gazzetti
deheru kummenti bhal: "He is a high class sculptor"
u "He is a sensible and vibrant artist". Xoghlijiet
tieghu ta' din il-habta huma mifruxa wkoll fil-knejjes. Ta'
min wiehed isemmi l-Via Crucis ghall-knisja ta" St. Leo
f'Montreal West.
Sciortino halla l-Canada u mar f'Malone fl-Istati Uniti. Wara
ftit zmien, mar New York fejn issieheb mall-Union of Sculptors
and Modellers li minnha kien jiehu x-xoghol. Ghal tmitax-il
xahar hadem gewwa Boston ma hamsa u ghoxrin artist internazzjonali.
Minn Boston mar Hartford u Philadelphia fejn hadem ghal madwar
sena sakemm rega lura New York fejn hadem ghal sentejn ukoll
fuq statwi dekorattivi. Hadem ghal sentejn shah gewwa Havana
F'Cuba. Dawn kienu zminijiet ta' hafna giri u incertezza minnhabba
s-sitwazzjoni politika xejn sabieha li kienet qed tizviluppa.
Minhabba f'hekk hafna mix-xoghol ta' Sciortino huwa mxerred
hafna u mhux dejjem dokumentat.
Biex jahrab mill-krizi ekonomika u bil-biza li jispicca bla
xoghol, rega lura lejn Montreal u wara mar Toronto. Gewwa Toronto
sab xoghol go funderija, imma wara ftit zmien, din il-funderija
flok kompliet tahdem fuq affarijiet artistici, bdiet tipproduci
affarijiet militari. Ghal din ir-raguni rega lura lejn Montreal
fejn ghamel erba' snin b'xoghol mill-anqas ghalhekk fl-1939
iddecieda li jerga lura lejn art twelidu.
Ezatt
kif wasal lura Malta, Dun Salv Zammit ordna ghand Sciortino
l-abbozzi tal-gibs ghal erba' appostli li kellhom jintramaw
fuq l-artal maggur. Dawn wara saru fidda u tlestew fl-1953.
Matul it-tieni gwerra, Sciortino barra xi affarijiet zaghar,
ma tantx hadem xoghol ta l-arti. Fl-1945 insibuh jahdem fuq
id-disinn u l-abbozzi tal-gibs tal-bradella ta' San Filep. Fl-1949
rega gie mqabbad mill-Kapitlu tan-Nadur biex jahdem il-gallerija
ta' l-orgni. Ix-xoghol inhadem kollu Malta fid-dar ta' Sciortino
gewwa Birkirkara minn fejn kien jingarr lejn Ghawdex. Fl-1950
ghamel il-monument ghal-fuq il-qabar tal-familja tieghu stess
fic-cimiterju tal-qalb ta' Gesu gewwa Haz-Zebbug.
Fl-1954, rega lura lejn il-Canada fejn irtira mix-xoghol ta'
l-iskultura minhabba li l-vista kienet marritlu lura hafna.
Huwa kien joqghod f'Oka, rahal zghir 35 mil il-boghod minn Montreal.
huwa kien iqatta l-hin liberu tieghu fil-kampanja minhabba l-interess
li kellu fin-natura. Fl-1924 kien izzewweg lil Marguerite Grenier
li kienet armla ta' Armand Daoust u minn dan iz-zwieg kellhom
tifel bl-isem ta' Joseph. Francesco Saverio Sciortino miet f'Oka
fl-1 ta' Settembru 1958, fl-eta ta' 84 sena u jinsab midfun
fil-qabar tal-familja li kien iddisinja hu stess gewwa Haz-Zebbug.
Riferenzi:
• Dumink Camilleri, 75 Anniversarju mill-inawgurazzjoni
tal-Koppla tan-Nadur, Malta 1990
• Vincenzo M.Pellegrini, Francis Xavier Sciortino - A
Maltese Sculptor, artiklu f'The Sunday Times, 16 ta' Novembru
1980
• Claude Busuttil, 'Antonio Sciortino 1879-1947’,
Malta 1997
• Leonard Mahoney, 5000 years of Architecture in Malta,
Malta 1996
• Luret Vella, Storja ta' Haz-Zebbug, Malta 1986
• Parrocca tan-Nadur, Luminaria nru. 65, Gunju 2001
|