|
Xi
haga dwar it-tfulija tieghek?
It-tfulija
tieghi… kont nilghab mal-hbieb, immur l-iskola, w maz-zmien
thajjart ghal ghana. Peress li kont inkun man-nanna, w din kienet
t’ghani l-ghana tal-banju, w gej mir-razza li jhobbu l-ghana
–sia min-naha t’ommi u ta’ missieri- qisu
d-demm ikun go fik. L-ghana min dejjem kienet gewwa fiha, pero’
ma kontx naf it-tattika tieghu kif inhi. Ma kontx naf li nofs
il-vers ghandu jkun bhall-ahhar vers. Ma kontx naf it-tattika
tal-ghana sewwa, qed tifhimni...
L-ghana
hija karetterizzata mid-dwett; kif jinqasam dan id-dwett bejnitkom
l-ghannejja?
Inkunu erbgha ghannejja l-bicca l-kbira, u gieli meta nkunu
hafna, gieli nkunu sitta biex jippartecipa kulhadd. Imbaghad
kulhadd issib lil siehbu, w gieli niehdu siegha nghannu. Wiehed
jaqbez wiehed, biex ir-risposta tkun ahjar. Gieli nghannu bejn
tnejn, ezempju bin-nofs ghanja, bid-denb, bil-kelma; hemm l-ghana
la Bormliza wkoll.
Qieghed
isemmi hafna kliem teknici… fissirhomlna.
Zmien
ilu, meta ma kienx hawn radjijiet, in-nanniet taghna kienu jahslu
l-hwejjeg u jahslu l-art u kienu joqghodu jghannu. Kienet hafna
komuni. Dan maz-zmien inqata’. Illum wahdid baqa’.
Pero’ l-ghana bejn l-irgiel, baqghet, u telghin hafna
zaghzugh ukoll u baqa’ dawk li ahna nghidulhom ix-xjuh
ahna.
…
jigifieri z-zaghzugh qeghdin jirrikorru lejn l-ghana?
Iva,
iva - aw zaghzagh! Qabel n-nies kienet tkun mixhuta fuq l-ghana
ghax dak iz-zmien ma kiex hawn fejn tmur. Illum differenti.
Iz-zaghzugh ghandhom Paceville, sports kemm irridu, flus kemm
irridu… jigifieri iktar kien mifrux. Illum iktar haw ghazla.
Pero’ xorta ghad hemm maggoranza li jattendu ghal ghana,
w jhobbu jghannu. Illum ghadna ukoll zaghzugh ta’ erbatax
–il sena. Jigifieri dejjem jilhaq xi hadd, ma jilhqux
hafna, izda dejjem johrog xi hadd.
L-ghana
kif inhija differenti fit-tip taghha, min muzika ohra; bhal
pop, rock u ohrajn?
L-ghanja hija ta’ pregju kbir ghalija… issa ha nghid
ghaliex. Inti semmejt il-pop u muzika ohrajn, dawn l-istess
rhtym, l-istess muzika juzaw. L-ghana ma tistax tuza l-istess,
ghax jekk jiena qieghed nghanni mieghek, jien ma nafx kif ser
tohrogli inti. Allura skond kif ha tohrogli inti, rrid nirrispondik.
Jekk taqbadhieli fuq il-bahar, fuq il-bahar irrid nirrispondik,
mhux ser nirrispondik fuq l-ajruplani. Allura kantanta, kemm
titghallem il-kanzunetta jew jiktbilha. L-ghana le – inti
trid tohrog biha, inti trid tohloqha. F’dawk il-ftit minuti
jew sekondi li jkollok.
Kif
ihossu ghannej f’dawn il-mumenti?
Heq,
gieli kif jispicca l-ghanja, tohloq ohra mal-ewwel. U gieli
tibda’ tghanni u ma tkunx ghadek hsibt f’wahda.
U ghalhekk trid tahsibha dak il-hin. Zbalji kulhadd jaghmel,
imbaghad iktar ma tghanni, iktar mohhok jidhra l-heffa. Per
ezempju, hemm ghannejja li huma bravi bhall-poeti, izda hemm
ghannejja li ma humiex ta’ skola w jiskantawk bil-kliem
li jghidu. Jigifieri l-iskola mhux ma ghandiex x’taqsam
ghax tajjeb li taqra fuq certu affarijiet ghax iktar tigbor
informazzjoni, imma mhux bilfors min jaf l-iskola ha jghanni
imbaghad… qed tifhimni. L-avukati ma jghannux!!
Ghandi
nahseb li hemm ghannejja li hallew xi marka fik…
Ha
nghidlek, dan bhal meta ghandek kantant, ghandek gibda lejn
kantant. Fid-dinja bilfors ikollok xi gibda lejn xi hadd. Kont
niehu pjacir nisma’ lil Kalora, lil Zaren ‘ta’
Vestru;’ hekk kien ikollhom qisu ‘feelings’
li jhajjruk, li tiehu nteress, li jigbduk.
Mir-ricerka
li ghamilt, sibt diversi tipi ta’ ghana differenti; spirtu
pront, ghana tal-fatt, ghana fil-pront… ghidli xi haga
fuqhom.
L-inqas
wahda li jghannu hija ‘La Bormliza’ ghax hija l-iktar
wahda teknika. Anqas jien ma nghanniha. Jigifieri hawn min jghanniha,
izda l-ftit mhux il-hafna, qed tifhimni. Hawn bin-nofs ghanja,
bil-kelma, bid-denb, dawn kollha kienu jghannuha, imma l-iktar
wahda regolari hija dik li nghidulha ‘spirtu pront bejn
erbgha’. Anki gieli bejn tnejn, pero l-bicca l-kbira bejn
erbgha.
Kitaristi
jkollok tlieta – prim u zewg prejjem. Gieli ghannejna
b’iktar min tlett kitarri, imma regola tlieta. Per ezempju
l-ahhar li ghannejt, hija kont fuq tmien kitarri.
Dan
l-ahhar meta kont qed inkellmek, ghedtli li mort tirrapprezenta
lil pajjizna ‘l barra min xtutna wkoll. Kif laqawkom?
Iva.
Mort Giberina u mort Ruma. Tiskanta. Nies professuri w studjuzi
fuq il-kultura tal-Mediterran, u tghidx kemm hadu pjacir. Qishom
lanqas ridu jemmnu li l-ghana nghannuh spirtu w pront! Fil-fatt
pprovawna, tawna kliem huma biex jaraw jekk hux veru. Kienu
jtunna kliem bil-Malti. Konna jiena w Cikku Degiorgio ‘tal-fjuri.’
Kull pajjiz ghandu l-folklor tieghu. Per ezempju dawn l-ahhar
snin, konna qed nghannu l-festival, sar erbgha darbiet u dejjem
gew gruppi barranin, jigifieri kull pajjiz ghandu t-tradizzjonijiet
tieghu.
Allura
l-ghana naqset mill-popolarita’ taghha?
al
ma ghedtlek…
Illum
bhid-dinja
kollha, specjalment
Malta, hawn divertiment kbir ghaz-zaghzugh
tal-lumm, iktar minn barra. Inti forsi gieli sifirt
kif sifirt jien. Illum in-nies ghandha fejn tmur; diskos, talks,
lanqas nghidlek x’m’hawnx! X’mhawx trid tghid
mhux x’haw!! U l-istil ta’ hajja nbidlet illum.
Per ezempju, illum, certu nies qatghu mill-ghana ghax illum
tmur, u tonqof ghaxar liri. Qabel kienu jihdulek pinta inbid,
u l-hajja ma kienetx daqshekk oghlja daqs kemm hija llum. Illum,
min ikollhu l-familja, jippreferi jonfoqha mall-familja. Qed
nghid dan mhux ghax ma hawnx dilettanti. Ara kieku jkun hemm
program fuq it-televixin, tghidx kemm jwaqqfuk nies u jghidulek
‘Hadna pjacir!.’
Issa
nghidu xi haga fuq l-ghanja, intom ma tintaqghux qabel tghannu…
Ma
niftehmux. Kif jizvolgi s-suggett. Inti l-ahhar darba rajtna.
Per ezempju l-ahhar darba kien hemm wiehed ‘ma kienx jiflah
jghanni.’ U qbadna mieghu. L-ewwel maqdarnih, imbaghad
fahharnih!
Xtaqt insaqsik ghall-ahhar messagg lejn dawk in-nies
li jhobbu l-ghana w jhossu li jistaw jibdew jghannu huma stess.
Biex
jissaportjawna. Jiena meta bdejt ma kellix bidu tajjeb. Imma
sibt lil min jaghmilli nkoraggament w min jikkoregini. Jigifieri
l-ewwel pinta oghlja, kif jghid il-Malti. Imbaghad tintefa’
w taqbad. Imbaghad jekk ikollok il-galbu w n-namra go fik, tirnexxi. |