|
Ghidilna
ftit fuq it-tfulija tieghek...
Jiena
twelidt il-Furjana fin-naha ta’ hdejn il-port, li taghti
ghal fuq il-port. Imbaghad, ftit wara morna noqoghdu Balzunetta,
in-naha l-ohra; jigifieri fejn hemm ix-Xaghra tal-Furjana, l-arena
tal-Indipendenza, is-Seminarju, id-depot tal-pulizija…dawk
in-nahiet huwa Balzunetta. Huwa post li kellu nfluwenza kbira
fuqi, u dan l-ahhar spiccajt anki ktibt rumanz fuq dawk is-snin
ta’ Balzunetta fis-snin hamsin. Ir-rumanz jismu ‘Gizimin
li qatt ma jiftah.’ Jigifieri t-trobbija tieghi hija kollha
kemm hi Furjaniza.
Imbaghad
mort l-iskola primarja naturalment, is-Seminarju minuri, is-Seminarju
magguri li dak iz-zmien kienu ghadhom il-Furjana. Qeghdin nithadtu
fis-snin sittin. Dhalt is-seminarju minuri, jigifieri sekondarja
fis-sena 1959, u kont student ma’ Albert Marshall u Louis
Galea. Imbaghad dhalt is-seminarju magguri biex inkompli l-istudji
tieghi ghal qassis fil-letteratura w filosofija fl-1964, biex
hadt l-ewwel degree tieghi li hija l-B.A. Studjajt letteratura
Maltija, letteratura Taljana u filosofija.
Inti kittieb, poeta, professor l-universita’ wkoll…
l-istudji li ghamilt x’ifissru ghalik?
Qabel
xejn l-istudju jfisser hafna zmien bil-qeghda. Kelli niddedika
hafna hin naqra, nirrifletti f’dak li hu studju, li kien
kitba… jigifieri hajti ghaddejtha f’bibjoteki kemm
f’Malta u kemm f’diversi pajjizi barranin ghax imbaghad
sifirt hafna, jigifieri mill-eghluq tal-Furjana sifirt hafna
pero dejjem hadt dik l-ideja tal-Furjana mieghi kull fejn kont.
Filfatt hafna drabi barra minn Malta ktibt xoghlijiet li huma
spirati minn Malta fl-istess zmien, u allura x-xoghol tieghi
kien li fuq naha nikteb ir-ricerka u min-naha l-ohra li nikteb
kitbiet personali tieghi. Jigifieri poezija narrattiva, rumanzi
u diversi stejjer qosra. Ir-rumanzi huma, ‘L-Istramb,’
‘Il-Gidba,’ ‘Fil-parlament ma jikbrux fjuri,’
‘Gizmin li qatt ma jiftah’ u ‘It-tfal jigu
bil-vapuri’; u diversi stejjer qosra.
L-edukazzjoni dejjem thalli effett fuq il-bniedem…
…mhux
dejjem thalli l-effett li suppost. Pero suppost thalli l-effett
li suppost. Qisu bhall-ikel. L-ikel suppost dejjem isostnik
izda xi drabi jista’ jaghmillek il-hsara - kif taf int.
Imma d-definizzjoni taghha hi li l-ikel suppost isostnik dejjem.
L-edukazzjoni suppost tkabbrek, ittejbek u temancipak dejjem.
Pero’ mhux dejjem jigri hekk. Tant hu veru li anki l-izbalji
li ghamel il-bniedem sikwit huma anki rizultat ta’ l-edukazzjoni
b’xorti hazina.
Thoss li f’hajtek kien hemm xi persuna li halliet
xi effett fuqek?
Meta
jghaddi z-zmien
nahseb li ghalkemm
l-istudji u xoghol tieghi, kemm xoghol akkademiku w kemm ix-xoghol
letterarju w kemm
il-vjaggi tieghi barra minn Malta wassluni biex niltaqa’
ma’ diversi kittieba, wara hafna zmien indunajt li l-figura
dominanti f’hajti kienet sewwasew ommi. Kienet
mara semplici bhal hafna nisa ohrajn li rabbew familja, li batew,
li rriflettew, li emmnu u li kellhom prudenza kbira. U llum
jghaddi kemm jghaddi zmien nindunna li hija figura prominenti
hafna fil-kitba tieghi. Nirrepeti, mhilix hafna li ndunajt,
probabbilment indunajt wara li mietet xi tmien snin ilu. Jigifieri
f’dik is-semplicita ndunajt li tigbor fiha anki l-profondita’
li issib fil-filosofija u letteratura. U din tidher hafna fir-rumanzi
li semmejna.
Il-filosfu Emmanuel Kant kien qal hekk: ‘Irqadt
bil-hsieb li l-hajja hija pjacir, izda stenbaht u ndunajt li
l-hajja hija dmir.’ Kif tarah dan il-hsieb?
Jekk
Kant raqad bil-hsieb li l-hajja hija pjacir u mbaghad meta qam
induna li huwa dmir, suppost dak id-dmir u pjacir saru l-istess
haga. Jigifieri tghaqqad id-dmir mal-pjacir. L-istess nghid
lill-istudenti u l-istess nghid lili nnifsi, u anki jekk ma
ghidtiex, b’xi mod hadmet. Jekk inti qed taghmel id-dmir
tieghek u tiddejjaq, dak id-dmir ser taghmlu hazin. Immagina
pittur ghandu dmir li jpitter, per ezempju… u jiddejjaq.
Mhuwiex ser ipitter tajjeb. Anki d-dwejjaq mhux ser ipittirhom
tajjeb, anki l-ferh mhuwiex ser ipittru tajjeb. Immagina kok
jishet il-kcina, jishet ir-ricetti. Jigifieri d-dmir u l-pjacir
iridu jkunu l-istess haga.
Il-pjacir
irid isir dmir, u d-dmir irid isir pjacir. Inkella ma jirnexxux
l-affarijiet. Tinsiex li fl-arti, fil-letteratura, hija essenzjalment
dmir, htiega. Jiena qatt ma ktibt jekk ma hassejtx il-bzonn.
U dak il-bzonn xi drabi ma jkollokx aptit tiktbu. Pero’
inti tidhra, ha nghid hekk, tiehu pjacir tikteb. Pero’
l-kitba minnha nfisha mhiex qabel xejn pjacir. Il-kitba qabel
xejn hija dmir, li mbaghad maghha thalli pjacir. Jigifieri jiena
qatt ma jien ser nghid li ghext il-hajja ta’ kittieb jew
ta’ studjuz minhabba l-gost. Ghax kienet bzonn! Kemm–il
darba ppruvajt ma niktibx. Jigifieri dak id-dmir taghmlu sakemm
thoss li hemm xi haga qawwija go fik li ggeghlek biex taghmlu.
Jigifieri primarjament qabel il-gost huwa dmir.
Inti kont it-tieni president tal-Moviment Qawmien Letterarju.
Kif kienu dawk iz-zminijiet, l-irwol tieghek u l-affarijiet
li rnexxielkom tbiddlu?
Qeghdin
nidhadtu dwar is-snin 1966-1967.
Jigifieri meta l-generazzjoni tieghi kellna dsatax-il
sena, ghoxrin sena. Ftit wara l-Indipendenza, 1964, konna qeghdin
nistudjaw, li qeghdin nesploraw il-hajja. Ic-centru ta’
l-attivita’ kienet il-Belt Valletta fejn konna niltaqghu,
mhix ser nghid kuljum, pero sikwit. Kull fejn tmur, kont tmur
il-Belt, dak iz-zmien kienet
tissejjah Triq Irjali jew Kings Street. Il-Belt kienet ic-centru
mportanti anki ghall-kittieba. U konna niltaqghu l-Premier,
l-aktar nhar ta’ Sibt filghodu. Imbaghad meta twaqqaf
il-Moviment Qawmien Letterarju, dan kien grupp fostna, jiena
ssehibt ftit wara, illi kellu l-ghan li jdahhal fil-letteratura
Maltija forom u mottivi ta’ zmiena. Dak kien l-ewwel skop.
Imbaghad
bdew hergin hafna kotba, twaqqaf il-Klabb Kotba Maltin fl-1970,
bdejna r-rivista Saghtar, li biha qanqalna hafna nteress fost
l-istudenti…
U dawn ghadhom maghna sal-lum…
Iva,
iva. Punt importanti hafna. Hija storja li kompliet. Dak kien
il-bidu, tinsiex, ma kienx aktar mill-bidu. Pero’ kien
bidu sod. Kien bidu sod. Imbaghad kull kittieb sab it-triq personali
tieghu. Ghax il-kitba hija xi haga solitarja. Inti tikteb f’kuntatt
mal-karta, mal-pinna jew mal-kompjuter… mhux mal-folla,
mhux ma’ shabek.
F’Malta ghandna storja rikka hafna. Ghadna storja
sabiha u ghalxiex niftahru. Tahseb li napprezzawha ahna l-Maltin?
Hdejn
qabel qeghdin napprezzawha hafna. Hdejn kemm suppost u hdejn
pajjizi ohrajn nahseb li napprezzawha ftit. Jigifieri hafna
hdejn l-imghoddi u ftit hdejn kemm suppost. Ejja ma ninsewx
li Malta hi pajjiz ta’ storja kollha kemm hi hakmiet.
Jigifieri l-abitant Malti huwa qabel xejn abitant li kellu f’pajjizu
hakma ta’ haddiehor. U allura dik, matul is-sekli, -jien
nifhem- saret parti mill-genetika tieghu. Parti mill-istruttura
mentali jekk mhux fizika; mal-mod kif tahseb.
Jigifieri
l-hsibijiet tieghek mhumiex ta’ kemm ghandek zmien inti,
imma tat-tradizzjonijiet li gew qablek. U t-tradizzjoni taghna
hija wahda ta’ sottomissjoni. Issa s-sottomissjoni min-naha
l-ohra tista’ ggib ribelljoni zejda. Nistghu nesageraw
kif sikwit naghmlu f’livell parrokkjali jew politiku,
u nesageraw billi ma nistmawx lilna nfusna. Jigifieri ahna pajjiz
li ghandna t-tendenza li jmur fl-estremi. Qed niftehmu?..
Qisu
bniedem li qatt ma jixrob jew imbaghad bniedem jisker. Li qatt
ma jixrob huwa hazin, li jixrob dejjem huwa hazin. X’suppost
jaghmel? Dik it-triq tan-nofs sikwit irridu nsibuha imma bhala
regola nahseb li domna hafna ma apprezzajna lilna nfusna. Pero’
sar hafna progress. Ejja nammettu wkoll… ahna semmejna
s-snin sittin, sebghin, tmenin, disghin u issa. Sar hafna progress
fid-direzzjoni t-tajba. Tant hargu kotba, tant giet apprezzata
l-arti u l-kultura, tant zviluppa d-diskors, tant studenti studjaw
u ggradwaw fl-istudji Maltin, fl-storja, arkeologija, socjologija,
lingwa, letteratura, tant programmi li jsiru fuq it-televizjoni
u radju. Jigifieri sar hafna progress.
L-edukazzjoni
hija sigriet ta’ kollox.
Ha ndur fuq il-ktieb ‘It-Tfal jigu bil-Vapuri.’
Il-personaggi ghaddew min hafna negattivita. Filfatt il-personag
Suzanna ghaddiet minn hafna tbatija. X’kien l-iskop li
kellek li tkun daqshekk negattiv?
Ejja
nghidu mhux negattiv jew pozittiv. L-analizi tieghek hija perfetta.
Naqbel maghha perfettament. Wara li ktibt ir-rumanz -It-tfal
jigu bil-vapuri- sibt li kull haga li grat hija bhal kieku l-oppost
ta’ xi haga li inti tkun ittamajt. Qisek inti ttamajt
li fil-kcina ssib l-ikel u tidhol fil-kcina u ssibha vojta.
Ittamajt li llum ser ikun bnazzi u hrigt barra u sibtu maltemp.
Pero’ dejjem hemm it-tama.
Iva,
hija realta’ illi qeghda tigri, realta’ li grat.
Jigifieri jiena ppruvajt inpingi fl-ambjent Malti jew mhux Malti
ta’ qisu tmenin sena ilu, bidu tas-seklu ghoxrin, pero’
sitwazzjoni li hija dejjiema. U rrealizzajt li jghaddi kemm
jghaddi zmien minn fuq il-bniedem, jitbiddel kemm jitbidel bis-sahha
tal-progress, il-bniedem huwa dejjem l-istess. U nies li huma
f’sitwazzjoni tat-tbatija bhal Suzanna huma hafna. U l-ahbarijiet
jaghtu dehra taghhom sikwit. Allura ghaliex mhux fir-rumanz?
Dawn
huma affarijiet li qed jigru llum. Jiena ppruvajt nuri hemmhekk
it-tbatija ta’ persuna nnocenti, ta’ persuna li
ma ghamlet xejn hazin u li s-sitwazzjoni ta’ hajjitha
wasslitha. Jezistu mhux hafna, jezistu miljuni ta’ nies
li qeghdin ibatu u jiena fil-letteratura tieghi interessat li
npingi dik it-tbatija. Jiena minn dejjem emmint li l-letteratura
ghandha tkun vuci ta’ min ma ghandux vuci. Trid tkun vuci
illi tlehhen dak li min mhux kittieb ihoss. Jien dejjem hsibt
li l-qarrej tar-rumanz tieghi u l-poeziji tieghi, meta jaqra,
jghid ‘dan huwa s-sentiment li qed inhoss jien.’
Hemm ferh fir-rumanz pero’ mhux ferh li jdum. Tama kull
darba. Tama ta’ sitwazzjonijiet differenti... mumenti
(Suzanna) meta kien ser ikollha tarbija, meta zzewget, meta
habbet… sensiela ta’ tamiet li jispiccaw mod iehor.
Il-ktieb jispicca qisu bla tmiem. Dak kien l-iskop?
Iva,
ezatt. Li r-rumanz jispicca qisu ma jispiccax, qisu jkompli.
Jekk tinnota ‘Il-Gidba’ jispicca billi l-karattru
ewlieni jirrakkonta l-istorja lill-kelb tieghu. Bhal li kieku
l-istorja tibda malli jieqaf ir-rumanz. Qisek inti ghalaqt il-bieb
fuq storja li ghadha tibda. Natan jibda’ jirrakkonta…
ghadu jirrakkonta sa issa biex niftehmu. Jiena nemmen li r-rumanzi
ghandhom ikunu open ended… jibqghu miftuhin… bhallikieku
l-qarrej jista’ jkomplihom hu bl-immaginazzjoni tieghu.
Jigifieri l-karattri kollha qishom jaqdu l-parti taghhom imbaghad
jispiccaw. Ir-rumanz jispicca bhala fazi, ghax tinsiex il-hajja
ma tiqafx meta jieqaf ir-rumanz. Meta inti tara film, il-hajja
tkompli, anki ta’ l-istess nies. Jigifieri l-hajja, ir-rumanz,
il-film huma kwadru, tieqa miftuha fuq xi haga li hija ferm
akbar. Hekk fhimtu r-rumanz ‘It-tfal jigu bil-vapuri.’
Nduru
fuq ir-rumanz ‘Gizimin li qatt ma jiftah,’ ir-rumanz
jibda’ billi t-tifel jibda’ l-hajja; ir-rumanz jieqaf
billi t-tifel jibda’ jghix, jibda’ l-hajja. Ir-rumanz
jieqaf issa, u t-tifel telaq. L-omm li dejjem xtaqitu ma jikbirx,
xtaqet li jkun gizimina li ma jiftahx, indunat li l-gizimina
qeghda tiftah u fethet wisq aktar milli kemm hasbet hi. It-tifel
kiber, jaf il-fatti, jaf jesperjenza, jaf jiddiskuti, jaf il-genituri
aktar milli tista’ timmaginna… dan it-tifel hadha
l-edukazzjoni tieghu. U hi ndunat li ghandha farfett li qieghed
itir, u kull ma setghet tghid huwa ‘il-vjagg it-tajjeb.’
Imma l-vjagg kellu jigi. Hemm jieqaf ir-rumanz, imma hemm jibda’
jghix it-tifel il-gdid, iz-zaghzugh, il-bniedem.
L-isem tar-rumanz, min fejn jigi kkonceput?
Mistoqsija
interessanti hafna! Prosit! Ha nitkellem dwar l-ahhar tlett
rumanzi. ‘Fil-parlament ma jikbrux fjuri,’ niftakar
li kont qed nikteb l-ahhar zewg kapitli jew kapitlu, u l-frazi
giet f’mohhi waqt li kont qed nikteb. Ix-xena hija li
Karlu Manju qabel ma jmur fil-parlament, imur fuq il-qabar ta’
ommu, jitlobha tharsu, jitlob lilha, imbaghad jiehu fjura minn
fuq il-qabar taghha u jpoggiha fil-but. Dik hi x-xena. Imbaghad
jehodha mieghu fil-parlament. Imbaghad meta johrogha, il-parlament
jghidlu ‘x’ghandek f’idejk?’ U l-fjura
taqaghlu.
Dak
il-hin waqt li kont qed nikteb ma kontx naf kif kont se nkompli,
u giet f’mohhi din il-frazi, ‘Fil-parlament ma jikbrux
fjuri.’ Dak il-hin giet f’mohhi… Niftakar
kont mal-mara u t-tifla ghand iz-ziju Roby, u jien kont qieghed
bit-typewriter fil-kamra ta’ gewwa nikteb. F’hin
minnhom ghajjatt ghajta wahdi u ghidt, ‘Fil-parlament
ma jikbrux fjuri!’ Iz-ziju (Roby) gie, bil-pipa u qalli
‘x’gara Oliver?’ Ghidtlu ‘ara zi xi
ktibt, ara x’ghamilt, giet din il-frazi f’mohhi?’
Qalli, ‘x’ingiblek x’tixrob?’ U gabli
flixkun birra u hu ha kafé, flimkien. U ccelebrajna.
Kien il-Hadd wara nofsinhar. Dik il-frazi giet f’daqqa
wahda, u fraht immens… u niftakar ix-xena. Dak il-hin
giet f’mohhi. Assolutament ma kienetx f’mohhi qabel.
‘Gizimin
li qatt ma jiftah’ nahseb li jiena u nikteb ir-rumanz
giet ukoll. Pero ir-rumanz ‘It-tfal jigu bil-vapuri’
giet fil-bidu nett, kwazi bdejt ir-rumanz f’mohhi. Ir-rumanz
‘Fil-parlament ma jikbrux fjuri’ kien ilu f’mohhi
madwar ghaxar snin minghajr ma naf. Meta bdejt niktbu kien Lulju
ta’ l-1984, f’daqqa wahda giet idea u gejt nikteb
l-ewwel erba’ pagni; waqaft imbaghad komplejt. ‘Gizmin
li qatt ma jiftah’ kien f’mohhi, ghax huwa mibni
fuq tifkiriet tal-hamsinijiet, fuq Balzunetta. Huwa rumanz Furjaniz
essenzjalment, u allura t-titlu nahseb li gieni f’mohhi
waqt li kont qed nikteb. Imma fil-kaz ta’ ‘It-tfal
jigu bil-vapuri’ ma nafx kif ktibt ir-rumanz. It-titlu
gie f’mohhi fil-bidu, huwa ironiku. Pero’ huwa poetiku
wkoll.
Inti ktibt hafna kotba u ghandek hafna esperjenza. Kif
jinkiteb ktieb?
Anki
din hija mistoqsija nteressanti hafna. Tikteb ktieb ghax thoss
il-bzonn, kif ghedna. It-tieni nett, liema tip ta’ ktieb?
Ezempju ktieb tal-poeziji ma tiktbux. Tikteb il-poeziji bicciet.
Qisek inti qieghed iggemma l-bolol flimkien imbaghad tqeghdhom
f’album. Il-ktieb tal-poezija mhu xejn hlief album. Album
ta’ poeziji differenti. Jekk taqbad wahda u tohrogha,
jibqa l-kumplament, pero’ hi tghix wahedha. Qisek ghandek
flixkun ilma, hadt tazza ilma u l-flixkun baqa’ hemm,
mhux hassartu. Jigifieri baqa ftit minnu x’imkien iehor.
Jekk
ktieb taqtaghlu pagna, irvinajtlu s-sistema kollha, jigifieri
jekk tghidli kif tikteb rumanz, huwa storja spiritwali li tidhol
f’attitudni, f’ambjent, mentalita’ li tiehu
snin. Inti semmejt ‘Fil-parlament ma jikbrux fjuri,’
with hindsight. Meta nhares lura nirrealizza li dak ir-rumanz
kien ilu jinhadem fija’ xi ghaxar snin minghajr ma kont
indunajt… f’dawk li huma frazijiet, f’dawk
li huma hsibijiet, indunajt wara, meta bdejt naqra anki artikli
li kont nikteb. Ghidt ‘dawn l-istess hsibijiet, dawn l-istess
karattru!’ Imbaghad f’daqqa wahda, niftakar, kien
il-Hadd konna jiena, it-tifla u l-mara ghaddejjin passiggata,
u f’hin minnhom
ghidtilhom ‘sejjer id-dar.’ Irvinajtilhom is-serata!
U gejt hawn u ktibt l-ewwel erba’ pagni, ma nafx kif,
pero l-haga tingemgha bhal tarbija li tkun waslet li titwieled.
Hemm il-ligijiet tan-natura, pero’ l-hin propju taghzlu
hi… mhux l-omm, kwazi t-tarbija. Jigifieri ktieb kif tiktbu?
Bhala bzonn pero’ jiddependi x’inhu l-generu. Kif
ghidna, jekk hija kritika tiktibha bhala ricerka tat-tul taz-zmien,
pero’ jekk tghidli liema hu l-isbah tip ta’ ktieb
li tista’ tikteb, nghidlek huwa rumanz. Rumanz huwa vjagg.
Rumanz titilqu, rumanz idejqek, rumanz joghgbok, rumanz tkomplih…rumanz
huwa xi haga li inti ikkommettejt ruhek fiha li tkompliha anki
jekk tieqaf fin-nofs. Inti qed tghix fil-kumpanija tal-karattri
tieghek. Poeziji huma bicciet… huma seperati imbaghad
tqeghdhom flimkien.
Ahna z-Zebbugin ghandna poeta storiku li ser jibqa’
msemmi matul iz-zminijiet… Dun Karm Psaila. Inti ktibt
hafna kotba u artikli fuqu, u tidher certa l-imhabba tieghek
lejn dan il-qassis, li ghex snin twal ta’ hajtu fis-solitudni
u mhux mifhum. X’tahseb dwaru, u minn fejn nibtet din
l-imhabba lejh?
Sewwa.
Anki meta qajjimna d-dibattitu dwar il-letteratura moderna fis-snin
sittin, jien dejjem kelli f’mohhi li kull tigdid fil-letteratura
ghandu jsir b’rispett kbir lejn dawk ta’ qabilna;
b’rispett lejn il-genituri.U nahseb li dan ir-rispett
baqa’ b’xorti tajba. Jezizti f’kull kultura,
allura ghaliex mhux fil-kultura taghna wkoll? Jigifieri minn
mindu kont ghadni zaghzugh u student kelli nteress partikulari
f’Dun Karm; kemm ghax huwa poeta prominenti u kemm ghax
huwa poeta li sikwit inhoss bhalu.
Imbaghad
meta komplejt l-istudju tieghi tajtu importanza kbira fl-ewwel
studji kritici li bdejt nikteb, qisu fil-bidu’ tas-snin
sebghin, jew forsi ftit qabel, meta hrigt l-ewwel ktieb tal-kritka
letterarja tieghi, Kittieba ta’ Zmienna fl-1970. Imbaghad
meta ghamilt it-tezi tal-M.A. ‘La kultura Italiana in
Dun Karm’ jigifieri kienet tezi li ghamiltha fl-istudju
komparat bejn il-kultura Taljana u l-kultura poetika Maltija.
Dik kienet l-ewwel tezi tieghi. Imbaghad kienet ippublikata
f’Firenze bhala volum, bl-isem ‘La kultura Italiana
a Malta: Storia e Influenza Letteraria e stilistica attraverso
l’opera di Dun Karm’ fl-1978.
Sa
dak it-tant ittraducejt it-test tieghi bit-Taljan ghall-Malti,
u hareg mill-Klabb Kotba
Maltin il-volum ‘Il-kultura Taljana f’Dun
Karm.’
Jigifieri ppruvajna nuru l-influenza u prezenza tal-kultura
Taljana f’Dun Karm.
Ippruvajt nuri li Dun Karm mhuwiex biss parti minn Malta izda
parti minn kontinent. Il-familjarita’, l-ispiritwalita’,
il-medda kulturali, spirtwali, lingwistika, metaforika, teknika
li tiffurmah; kif Dun Karm huwa rizultat ta’ kultura antika
shiha. Dak li ppruvajt nuri. Issa nghidulha l-kritika kkumparata.
Imbaghad
komplejt ninteressa ruhi fih anki ghall-istudju tal-PH. D. meta
ktibt it-tezi ‘La kultura Italiana del romanticismo e
la poesia Maltese.’ Wiehed mill-kapitli ewlenin f’dan
ix-xoghol tieghi huwa sewwasew iddedikat lil Dun Karm. Mill-gdid,
huwa approfondiment tal-prezenza tal-kultura romantika Taljana
u kontinentali f’Dun Karm. Imbaghad ktibt anki l-biografija
tieghu, ‘Dun Karm, il-bniedem fil-poeta.’ Ktibt
ktieb ta’ kritika li kien jismu ‘Dun Karm,’
iehor ‘Mekkanizmi metaforici f’Dun Karm’ u
fuq kollox gbart il-poeziji tieghu bil-Malti… xoghol ta’snin
twal li mbaghad hareg bhala volum b’dahla u b’lista
kronologika… dak kien xoghol ta’ pacenzja kbira.
Ghax m’inti tikteb xejn li hu tieghek, imma qed tfittex.
Qed taghmel kumpliment lill-awtur li miet, biex il-poeziji tieghu
jingabru.
Il-kotba
tieghu li hargu qabel kienu jaslu sa certu zmien u sa dan it-tant
Dun Karm stess, nesa’ jew warrab certi poeziji. Allura
fittixt fil-manuskritti, fil-kotba ppublikati, f’antologiji
ta’ kull tip, inkluz antologiji ta’ skejjel, f’gabriet
personali, privati, fuljetti, f’folji, gazzetti, rivisti
u tistaghgeb fejn tispicca biex issib xi poezija inti u tfittex.
Jigifieri huwa xoghol ta’ snin.
Ftit
wara li hrigt dan il-volum, fl-1980, il-volum jismu ‘Dun
Karm il-poeziji migbura, edizzjoni kritika tieghi- hareg mill-Klabb
Kotba Maltin u mill-fondazzjoni Karmen Micallef Buhagiar. Ftit
wara sibt manuskritti ohrajn li kien qalli bihom Pawlu Mizzi,
li kien qallu bih -ghax kien ghandu- sacerdot Salesjan. U jien
qallibt bid-dettall kollu dan il-manuskritt u zidt xi poeziji
u d-dettalji l-ohra kollha. U mbaghad, dawk il-poeziji zidthom
fil-ktieb li hareg ftit wara, li jismu ‘Dun Karm: Il-bniedem
fil-poeta.’ Jigifieri komplejt inzid. Imbaghad ftit wara
sibt xi zewg jew tlett poeziji ohra. Li ridt nghid huwa li gbir
tal-poeziji ta’ Dun Karm lili hadli hafna u hafna zmien,
u kelli nfittex il-gazzetti, ir-rivisti, il-fuljetti, il-gabriet
personali ta’ kull fejn stajt. Jigifieri qallibt hafna
kull ma jidhol fl-epoka tieghu. Dun Karm ghex bejn l-1871 u
l-1961. Beda’ jikteb bil-Malti, zgur, fl-1912. Jigifieri
mill-1912-il quddiem jien fittixt biex insib, kemm dak li gie
ppublikat biex insib fejn ippublika dan ix-xoghol l-ewwel darba,
u bnejt ukoll fuq il-lista kronologika li kien diga ghamel Ninu
Cremona, u komplejt namplifika fuqha naturalment, anki fuq it-taghrif
siewi li jaghti Guze Cardonna fil-biografija tieghu, sakemm
stajt nasal u nghid li dawn huma l-poeziji tieghu. Imbaghad,
zmien wara, gbart ukoll il-poeziji bit-Taljan ta’ Dun
Karm. Dun Karm beda’ jikteb meta kien ghadu zaghzugh u
kompla jikteb anki wara l-1912 meta beda’ jikteb bil-Malti.
Dun
Karm kellu madwar 44 sena meta beda’ jikteb bil-Malti
ghall-ewwel darba. Dam hafna biex beda’ jikteb bil-Malti,
imma bit-Taljan baqa’ jikteb xorta. U jiena gbartlu wkoll
poeziji bit-Taljan li ghadhom ma hargux bhala ktieb. Pero’
qeghdin hemm lesti f’ordni kronologiku wkoll, u nittama
xi darba jkunu ppublikati wkoll.
Fil-hajja tieghu Dun Karm intaqa’ ma diversi problemi.
Iltaqa’ ma problemi ghax ma kienx mifhum li kienu sitwazzjonijiet
li hallewlu marka effettiva hafna, u meta beda’ jikteb
bil-Malti, dak iz-zmien il-lingwa Maltija kienet mghajra l-lingwa
‘tal-kcina.’ Kien bniedem li xtaq bidla, anki fil-letteratura.
Hu wiehed mill-pedamenti ewlenin tal-lingwa Maltija, izda propju
ma kienx mifhum. X’tikkumenta dwar dan?
Naqbel
mieghek mija fil-mija.
Il-problema ta’ Dun Karm kienet li jista’
jikkonvinci l-aktar
lin-nies intelligenti –nies ta’
certu edukazzjoni u kultura- illi l-Malti huwa lsien tajjeb
daqs
kull ilsien iehor.
M’hawn
l-ebda lsien li hu ahjar jew aghar.
Imma hawn kittieb ahjar jew aghar. Jekk il-kittieb huwa tajjeb,
u Dun Karm ovvjament huwa kittieb tajjeb, l-ghodda kienet hemm
izda kien jonqos il-haddiem li jhaddimha. Jigifieri ma jistax
il-pittur iwahhal fil-pinzel, iwahhal fih innifsu. Il-pinzell
tieghu huwa s-sengha tieghu. U Dun Karm ipprova juri li jekk
huwa kittieb tajjeb, seta’ jikteb poeziji tajbin. Fi zmien
qasir, il-poezija miktuba bil-Malti minn Dun Karm, li kien diga
mharreg hafna fit-tradizzjoni Foscoljana, Danteska, Montjana
imma l-aktar Manzonjana, Dun Karm huwa essenzjalment influwenzat
minn Monti, poeta’ imminenti tal-‘Promessi Sposi,’
wiehed mill-protagonisti tar-romanticizmu Taljan, Dun Karm dik
it-tradizzjoni dahhalha fil-Malti, u allura bhallikieku b’mod
mill-aktar armoniku u seren, u minghajr ebda trawma, kompla
jikteb bil-Malti. Kompla jikteb bil-Malti!
Baqa’
jzomm it-tradizzjoni, bid-differenza li beda’ jittratta
l-hajja b’mod mill-aktar dirett. Ghax issa beda jikteb
b’lingwa li mhux biss jifhmuha ftit, imma jifhimha kulhadd,
ghax hija l-lingwa tal-pajjiz. F’dak is-sens, Dun Karm
huwa modern, ghax fehem iz-zmien u fehem illi l-lingwa hija
l-aqwa ghodda li ghandu l-poeta. U dik il-lingwa li ghandu l-poeta
hija lingwa li tinbet mit-triq. Hija lingwa tal-esperjenza.
Il-lingwa ta’ ommu fil-prattika. Ghax ma ninsewx li l-figura
centrali ta’ ommu hija anki l-figura ta’ dik il-mara
li lilu taghtu l-lingwa Maltija. It-Taljan u Latin huwa tghallimhom
mill-istudju, imma l-Malti tghallmu minn hogor ommu kif jghid
hu kemm –il darba. Bhal fil-kaz taghna lkoll, biex niftehmu.
Imma Dun Karm gie fi zmien meta dan kollu ma kienx ovvju bizzejjed.
Wahda mill-poeziji filosofici li kiteb Dun Karm Psaila
kienet ‘Il-Jien u Lilhinn Minnu.’ Kemm tahseb li
ghadha relevanti fil-hajja tal-lum?
Hija
poema li fl-ahhar tas-snin tmenin, jiena kont tajt attenzjoni
kbira u hrigt edizzjoni annotata. Hija harget fl-1938, u f’eghluq
is-snin taghha, qeghdin nithadtu dwar l-1968 -jigifieri fl-eghluq
il-hamsin sena- din il-poema annotajtha fid-dettall, b’noti,
f’dahla ezawjenti u tajtha din l-attenzjoni. Illum ghadha
mhux studjata tajjeb ukoll fl-Universita.’ Iva…
hija l-qofol tal-esperjenza poetika tieghu. Dun Karm il-qofol
tieghu jinsab fis-sens ta’ solitudni li huwa jinterpretah
bhala solitudni li trid tigi spjegata. U ghalhekk il-mistoqsijiet
il-kbar li huwa jaghmel fil-‘Jien u Lilhinn Minnu,’
li jaghmilhom kull poeta, kull bniedem ftit jew wisq skond cirkostanzi
differenti, huwa l-mistoqsijiet li huwa jaghmilhom fi hdan il-fidi;
mhux il-barra mill-fidi. Jigifieri qed jistaqsi mistoqsijiet
lil Alla li huwa jemmen hafna fih. U huma mistoqsijiet sewwasew
bhal ‘Ghala tezisti t-tbatija?’ ‘Ghala tezisti
l-mewt?’ u jistax bniedem jifhem? Il-bniedem kull ma jista’
jaghmel huwa jaccetta u Dun Karm jibda biex jimxi, ‘hsiebi
bhal aghma biex issib it-trejqa, ittektek. L-ghaslug kull pass
li jaghti, jimxi qajl’qajl, u qatt ma jaf fejn wasal.
Dalma kbira tostorlu l-kif u ghala? U d-dawl li hu jixtieq qatt
ma iddilu.’ Dawk huma l-ewwel ftit versi tal-‘Il-Jien
u Lilhinn Minnu.’
‘Hsiebi
bhal aghma biex issib it-trejqa.’ Il-hsieb tieghi jigifieri
li jiena mohh, jiena kuxjenza. Aghma jigifieri ma nistax nara,
jiena rrid id-dawl biex insib it-trejqa irrid
niccaqlaq,
irrid nimxi. Hemmhekk ghandek il-qofol kollhu tal-poema, hija
poema bhalha vjagg. Vjagg tar-ruh, vjagg fit-triq li hija l-esperjenza
tal-hajja. Fl-ahhar, Dun Karm jitlob li jitmexxa. Dun Karm,
li beda; biex jimxi, jispicca biex jitlob lil Alla biex immexxih.
Dun Karm li beda’ biex kien attiv, issa jasal ghall-oghla
livell, fl-opinjoni tieghi tal-fidi, li huwa ‘f’idejk
nerhi Mulej, r-rieda tieghi.’ Allura Dun Karm jitmexxa,
jitlob u jaghlaq il-poema. Hija l-qofol marbuta maghha. Hemm
poeziji li huma tipikament Zebbugin, ghax Dun Karm huwa nteressanti
hafna, anki bhala poeta; fl-ambjent tieghu hadmu u wesghu biex
esprima s-sentimenti tieghu. Per ezempju f’’Zaghzugh
ta’ dejjem,’ ‘Il-gerejja u jien’ kull
fejn hemm il-bahar, kull fejn hemm il-poezija tat-tifkira, kull
fejn hemm il-poezija tar-rahal, kull fejn il-poezija tal-iben
hemmhekk hemm poeziji marbutin hafna, kif ippruvajt nuri f’din
l-edizzjoni, ma dan il-qofol tieghu. Kull poeta, kull artist
ghandu l-mument centrali.
Il-mument
centrali ta’ Dun Karm huwa meta beda’ jittraduci
‘I Sepolcri’ fl-1936, imbaghad ippubblika fl-1938
il-poezija ‘Il-Jien u Lilhinn Minnhu.’ Jigifieri
qeghdin nithadtu dwar il-perjodu tat-tieni nofs tas-snin tletin,
li huma s-snin tas-solitudni tieghu, tal-krizi tieghu, u tal-mod
kif huwa dehrlu li jista’ jeghlibha din is-solitudni.
Il-poema beda’ jiktibha fl-1936, u ppublikaha fl-1938.
X’futur tara ghall-lingwa Maltija?
Il-lingwa
Maltija flimkien mar-religjon kienet il-monument tal-poplu Malti,
tal-mohh Malti. Il-poplu Malti, ghax sewwasew huwa poplu ckejken,
sewwasew ghax hu gzira, sewwasew ghax huwa poplu li dejjem kien
mahkum, irid jaghti mportanza wisq akbar minn pajjizi ohrajn
il-fatt li ghandu lingwa. Minghajr lingwa, pajjizi ohrajn forsi,
mhux ser nghid jibqghu l-istess, forsi jitbiddlu. Fil-kaz ta’
pajjiz zghir, mhux qed nitkellem fuq Malta, izda fuq pajjizi
bhal Malta, bl-istorja taghhom, pajjiz minghajr din il-lingwa,
jibqa’ ftit minnu… jibqa’ ftit minnu. Jigifieri
hija esperjenza ta’ dan iz-zmien kollu li l-poplu Malti
zammitu maghqud, kompatt, zammitu kburi li jezisti, zammitu
kapaci jesprimi ruhu, sabithu miftuh ghall-ilsna ohrajn naturalment…
il-poplu Malti qatt ma kien izolat b’ebda mod, u f’ebda
mod u f’ebda zmien. Jigifieri l-futur tal-lsien Malti
huwa l-futur tal-hsieb tal-Malti; waqt li jkompli jinfetah ghall-ilsna
ohrajn il-poplu Malti rrid jibqa’ jiftakar illi jekk hemm
xi haga li huwa ta lid-dinja hija l-formazzjoni tal-lsien Malti.
Kif ircevih minn barra, u kif kien kapaci joholqu mill-gdid,
jadottah, iwessghu, jaghnih, jizviluppah ghall-htigijiet tieghu.
Il-kelma
hija dik li l-bniedem johrog mill-fomm tieghu. L-aktar li hija
profonda fil-propjeta’ tal-bniedem mhijix il-propjeta’
li hemm madwaru, imma l-propjeta’ li hemm go fih. U l-aktar
haga profonda li trid tohrog mill-fomm, imma gejja wisq aktar
mill-fond tal-fomm, minn qiegh aktar fond mill-fomm, hija sewwasew
il-kelma, li tohrog mill-qalb, mill-mohh, mir-ruh… minn
xiex trid, izda hija l-hoss li taghmel ir-ruh. U l-hoss li taghmel
ir-ruh Maltija hija l-lingwa Maltija. Hi biss u hi wahedha!
Dan huwa punt li ahna mhux biss inkunu poplu bhala nazzjon,
izda poplu fid-dinja. Il-Malti ghamilna bnedmin shah fid-dinja,
bhalma jaghmel kull ilsien iehor lil kulhadd. Bl-ebda mod ma
qed nghid li ghandna xi haga specjali.
Peress
li ahna ckejknin, huwa importanti aktar minn pajjizi ohrajn.
B’xorti tajba dan is-sentiment kiber fost iz-zaghzagh,
fost l-istudenti, fost il-kittieba, fost ix-xandara. Nahseb
li hawn kuxjenza hafna ahjar minn qatt qabel dwar dan. Dan huwa
kollu kumpliment ghall-poplu taghna.
Il-kittieb Russu tas-seklu li ghadda, Tolstoy, kien
qal li ‘Kulhadd jixtieq ibiddel id-dinja, izda hadd ma
jrid ibiddel lilhu nnifsu.’ Kemm ahna lesti bhala poplu
li naffaccjaw il-bidla, anki fid-dawl ta’ personaggi mportanti
bhal Mikiel Anton Vassalli li pproponnew il-bidla?
Hija
l-bidla li tista’ tipprogramaha, jew inkella min-naha
l-ohra li inti ma tistax tipprogramaha. U nahseb li qeghdin
fi zmien fejn il-bidla ma hijiex aktar f’idejna, imma
f’idejna qieghed sewwasew is-sens li bih din il-bidla
napplikawha ghalina. Ghaliex ahna tlaqna minn sitwazzjoni fejn
ix-xjenza u t-teknologija ma kienitx importanti daqstant. L-ambjent
ta’ madwarna llum huwa tant differenti. It-televizjoni,
ir-radju, ic-cinema, id-dinja tad-divertiment ma kellhomx daqshekk
importanza. Jekk qed nidhadtu fuq Dun Karm u fuq il-kultura
li bdejna ahna, il-generazzjoni tal-kittieba tieghi, nintebhu
li qeghdin nitkellmu fuq dinja differenti hafna.
Issa
l-bidla hija process ta’ zmien. U zmien taghna mhux biss
jitbiddel, izda z-zmien taghna qieghed jghagel. Hija kwistjoni
ta’ kemm ahna kapaci nadattaw ruhna u nifhmu l-epoka u
l-kultura. Dik hija t-taghlima li l-edukazzjoni trid taghtina,
bla ma tnessina l-eghruq, ghax l-eghruq huma dejjem l-istess,
waqt li nifhmu l-identita’ titbiddel pero’ ma tistax
titbiddel b’tali mod li ma tibqax tingharaf minn qabel.
Hija kwistjoni ta’ ghaqal, ta’ prudenza… dik
li Dante sejhilha Discrezio… id-deskrizzjoni, l-ghaqal.
Biex inti zzomm dak li hu qadim u ddahhal mieghu dak li filfatt
huwa gdid.
L-ambizzjonijiet tieghek ghall-futur fil-qasam letterarju?
Ftit
ilu hareg il-volum ta’ gabra definitiva tieghi, li hija
gabra tal-poeziji tieghi, li kien
beda’ biex gabar zmien ilu Toni Cortis, li huwa Zebbugi
wkoll, u dan l-ahhar hadt hsieb
nigbor diversi poeziji, il-gabra essenzjali tieghi,
jismu ‘Il-poeziji migbura.’ X’nista’
nghid li hemm iktar... forsi l-hsieb li nikteb rumanz, ilu snin
f’mohhi imma ma nahsibx li ghandi xi interess partikulari
li niktbu f’dan iz-zmien.
Nixtieq
li jkun hemm aktar tradizzjonijiet tax-xoghol tieghi…
li qed isiru. Fil-qasam tal-kritika, ix-xoghol tieghi ikkumpletajtu.
Inhoss li x-xoghol tieghi huwa fl-istess direzzjoni. Meta jkun
hemm bzonn tikteb poezija, kritika letterarja u diversi kitbiet
ohrajn ghall-okkazjoni. L-importanti hu li l-kittieb dejjem
ihoss illi l-letteratura tieghu hija vjagg li tirrifletti z-zmien,
li tirrifletti lilu u li tirrifletti anki s-socjeta li qed jghix
fiha.
L-appell tieghek lill-komunita’ Maltija?
Huwa
poplu ckejken, hu poplu antik, poplu shih… jigifieri ghandhu
hafna affarijiet li jghaqqduh milli affarijiet li jiffirduh,
jiena dejjem emmint. Dejjem ippruvajt infissru fil-kitba tieghi…
niftahar biha din il-haga. Ma nistax ma niftaharx, ma jistax
ma jiftaharx kull kittieb.
Ippruvajt
nesprimiha l-aktar fil-kaz, ‘Fil-parlament ma jikbrux
fjuri,’ imma f ‘hafna kitbiet ohrajn. Jien dan dejjem
tennejtu. Il-poplu Malti, minkejja d-differenza tieghu, ghandu
aktar x’jghaqdu milli x’jifirdu. Imma l-qasma, il-firda,
id-distinzjoni hija parti mill-kultura taghna wkoll. Jigifieri
rridu nghixu maghha u nippruvaw dejjem aktar niccivilizzawha.
Irridu nqisu li kull diskors, kull hsieb, kull attitudni taghna
f’pajjizna, ikun qabel xejn l-iskop li l-poplu Malti tghinu
jimxi l’quddiem, tghinu jibqa’ pajjiz li minkejja
l-eccezzjonalita,’ id-diversita tieghu huwa parti minn
regjun, minn kontinent u mid-dinja.
Kull
ma ghamilna b’risq il-kultura Maltija ghamilnih ilkoll
flimkien, biex naffermaw il-fatt li Malta hija nazzjon illi
ghandha storja, ghandha kultura, ghandha ruh. Dik ir-ruh hija
maghmula minn ftit nies, kemm dawk li jghixu fostna hawn Malta,
kemm dawk li jghixu fl-Awstralja, fil-Kanada, l-Ingitterra u
diversi bnadi tad-dinja. Kull fejn tmur tista’ tiltaqa’
ma Malti, kemm jekk hemm komunitajiet kbar bhal ma hemm fl-Awstralja
u l-Kanada u f’pajjizi ohrajn, u kemm jekk tiltaqa’
maghhom fi ftit fl-aktar postijiet li ssiefer, ma tindunax li
ser jghidlek ‘imma hawnhekk hawn xi Malti?’ Dan
il-poplu Malti, minn kullimkien jaghraf lilhu nnifsu; fl-eghruq
tieghu, fit-twemmin tieghu, fil-lingwa tieghu, fl-identita,’
fil-kultura tieghu. Dik hija xi haga sabiha hafna, u rridu nahdmu
lkoll flimkien biex tibqa’… biex nghadduha lil ta’
warajna bl-istess entuzjazmu li ta’ qabilna ghaddewha
lilna.
|