|
IL-BANDA 12TH MAY
F' GHAWDEX GHALL-FESTA TA' SANTA MARIJA SA MIS-SENA
1970
Il-Banda 12th May ta' Haz-zebbug ghandha rabta'
antika mall-festa ta' Santa Marija li tigi
ccelebrata bil-kbir fil-Belt Victoria ta'
Ghawdex. Fil-fatt l-ewwel darba li l-Banda 12th
May daqqet f'din il-festa kien fl-14 t' Awissu
1970, fejn il-banda kienet ghamlet marc u
programm. F' dan is-servizz il-banda qatghet
figura tajba, dan wassal sabiex il-kumitat
tal-banda Leone, beda jahdem sabiex ikun jista'
jistieden lill-Banda 12th May ta' kull sena
fil-festa ta' Santa Marija. Fil-fatt mis-sena
1976 il-Banda 12th May bdiet tigi mistiedna kull
sena sabiex taghmel il-marc ferm popolari ta'
filghodu fil-qalba tal-Belt Victoria.
Matul dawn is-snin il-banda 12th May saret ferm
popolari tant li l-innu marc it-"12 ta' Mejju
1962" maghruf bhala "Rega' wasal il-Jum"
tas-surmast Amante Attard sar tant mistenni u
popolari f' Ghawdex. Sabiex nuru s-success tal-Banda
12th May f' Ghawdex se nikkwotaw parti mill-messagg
tal-president tal-Banda Leone s-Sur Louis Xuereb
li kien deher fil-fuljett ta' 1983.
"Seba snin ilu l-kumitat tal-BANDA LEONE, l-eqdem
Banda ta' Ghawdex kien iddecieda li jistieden
lill-FILARMONIKA 12th MAY ta' haz-zebbug, biex
tiehu sehem fil-festi kbar u tradizzjonali li
huma jorganizzaw lill-SANTA MARIJA fil-Belt
VICTORIA. Iz-zmien uriena li l-Banda 12th May
hija banda tajba, serja u ta' min jorbot fuqha.
Minn dak in-nhar 'l hawn, sena wara 'l ohra, din
kull ma tmur baqghet dejjem tikseb popolarita'
akbar u qatt ma nqasna li naghtuha servizz f'
wiehed mill-marci l-aktar brijuzi li jsiru
fil-festa ta' l-Assunta.
Hawnhekk ta' min ifahhar lill-kumitat habrieki
tal-Filarmonika 12th May ghaliex bil-ghaqal
tieghu gharaf jigbed is-simpatija ta' l-Ghawdxin
kollha".
Ghalhekk nhar l-Erbgha 15 t' Awissu, jum l-Assunta,
l-Banda 12th May ser taghmel il-marc brijuz ta'
filghodu fil-Belt Victoria. Dan il-marc jibda
fil-hdax ta' filghodu u jispicca fis-saghtejn
bl-innu marc tal-banda 12th May li jaghlaq dan
il-marc popolari fl-okazzjoni tal-festa ta'
Santa Marija.
Dawk li jixtiequ jigu flimkien mall-Banda 12th
May gewwa Ghawdex, it-trasport jitlaq minn hdejn
il-Kazin fis-7:45am. |