|
Pisani
twieled Haz-Zebbug nhar il-15 ta’ Dicembru 1854, bin Agostino
Pisani u Giuseppa Sciortino. Huwa kien prim kugin ma Antonio
u Francesco Saverio Sciortino li kienu zewg skulturi Zebbugin
ta’ fama. Fl-1870, halla Malta biex kompla l-istudji tieghu
f’Ruma taht il-maghruf Luigi Fontana. Huwa frekwenta wkoll
l-“Accademia di San Luca” u l-“English Academy”
ta’ Ruma.
Il-Marda tal-malarja gabitu lura Malta ghal kura. Lazzaro inghata
l-kariga ta’ surmast ta’ l-iskejjel primarji ta’
Bormla w ta’ l-iskola sekondarja tal-bniet il-Belt Valletta.
Fis-sena 1885 ha sehem fil-Wirja Colonjali ta’ Londra
bil-pittura “Il-Mewt ta’ Abel” li kisbet il-medalja
tal-fidda. Il-Pittur Lazzaro Pisani beda jigi kkumisjunat sabiex
ipitter diversi soqfa ta’ Knejjes, kwadri ta’ altari
u numru kbir ta’ ritratti ta’ personalitajiet distinti.
Ftit huma dawk il-knejjes li m’humiex imzejna b’xi
pittura ta’ Pizani. Id-Decorazzjoni tat-Tempju Monumentali
tan-Nadur tista' titqies bhala l-kapulavur tal-karriera artistika
ta’ Pisani. Din il-Bazilka li l-Perit taghha kien F.X.
Sciortino (Zebbugi iehor kugin ta’ Pisani) hija mzejna
b’240 bicca pittura ta’ Pisani. Il-Knisja Arcipretali
ta’ Haz-Zebbug ukoll tista tiftahar b’bosta xoghlijiet
ta’ Pisani. Fosthom insemmu l-koppla, il-kwadru tal-Madonna
tal-Karmnu u l-kwadru tal-Madonna tar-Ruzarju. Lazzaro Pisani
halla din id-dinja fil-31 t’Awissu 1932 u gie midfun fil-Knisja
Arcipretali ta’ Haz-Zebbug.
|