|
Twieled
gewwa Haz-Zebbug fil-5 ta’ Marzu 1764, iben Gabriel Vassallo
u Katarin Magro. Meta huwa kellhu sentejn, tilef lil missieru,
li kellhu 32 sena. Erbgha snin wara, ommu regghet izzewget lil
Gejtan Mifsud.
Iktar
ma beda’ jikber, iktar beda’ jaghraf l-importanza
tal-lingwa Maltija, u beda’ jikteb kunjomu bhalha Vassalli,
flok Vassallo. Iktar tard fl-1785 Vassalli kien moghti premju
mill-iskola ta’ l-Gharbi gewwa l-Belt. Wara, beda’
jattendi ‘La Sapienza’ universita’ gewwa Ruma,
fejn fl-1790 sar professor tal-lingwa Sirjana. Huwa kiteb l-introduzzjoni
tal-‘Grammatika Maltija’ u kien ippublikat.
Vassalli
kellhu mira preciza; dik li jqajjem il-lingwa Maltija. Ghalhekk
kiteb ‘Il-Grammatika Maltija’ u l-ewwel dizzjunarju
Malti. L-gharfien f’diversi lingwi bhat-Taljan, l-Gharbi,
il-Griek u l-Latin ghenuh mhux ftit f’xoghlu. Huwa kiteb
l-alfabet Malti fuq ktejjeb ta’ 24 faccatta li kien stampat
fl-istamperija ta’ Antonio Fulgoni, gewwa Ruma fl-1790.
Dan ix-xoghol, ‘Myslen’ kien fih spjegazzjoni fil-Malti
u t-Taljan.
Id-dizzjunarju
Malti li semmejna iktar qabel, kien maghruf bhalha ‘Lexicon’
fejn kien ippublikat fl-1796, fl-istess stamperija fejn stampa
l-alfabet. Dan id-dizzjunarju kien fih madwar 18,000 kelma,
u kull kelma kienet imfissra bil-Latin u imbaghad bit-Taljan.
Dan huwa pregju kbir ghall-lingwa Maltija, specjalment meta
nharsu lura lejn iz-zmien li fih inkiteb. Wiehed ta’ min
isemmi li fihom wera l-idejat tieghu, li kienu jinkludu ‘il
fuq minn mitt paragrafu bit-Taljan. Vassalli wera x-xewqa li
l-knejjes ghandhom ikunu l-bidu ta’ edukazzjoni lil poplu,
permezz ta’ lezzjonijiet tal-qari u l-kitba tal-lingwa
u tal-valuri insara.
Meta
wasal Malta, huwa issugerixxa lill-Ordni ta’ San Gwann,
li, biex Malta jkollha livell ta hajja oghli ghandhom jistmaw
lill-Maltin u lil vizitaturi ta’ dawn il-gzejjer l-istess.
Dan is-suggeriment kellhu risposta kiefra hafna, fejn l-Ordni
haduh bhalha rivoluzzjonarju u persuna li kien ta periklu ghall-istabilta
tal-pajjiz. Ghalhekk, Vassalli spicca ccensurat mill-Ordni.
Vassalli
ghal dan il-ghan issieheb il-grupp li kienu favur il-wasla tal-Francizi,
u ha sehem fir-rivoluzzjoni kontra l-Ordni ta’ San Gwann
li saret fil-11 ta’ Mejju 1797. Dan il-pjan falla u ghalhekk
kellhu jidher quddiem it-tribunal ghall-eghmilu. Fit-12 ta’
Gunju kull min ha sehem fir-rivoluzjoni kienu misjuba hatja,
u Vassalli wehel il-habs. Min hemm, huwa harab fl-1798, fejn
huwa mahsub li mar Salerno u imbaghad ghex ghal xi zmien gewwa
Franza.
Il-Francizi
waslu Malta fit-12 ta’ Gunju ta’ l-1798, u ghalhekk
Vassalli rritorna Malta. Kien imlahhaq ufficjal tal-Gwardja
Nazzjonali, fejn ma damx hafna iggawdiha ghax waslu l-hakkiema
Inglizi. Fit-28 ta’ Settembru 1799, madwar 200 suldat
Malti, fosthom Vassalli, kienu misjuba hatja mill-hakkiema Inglizi,
immexijien mill-Kaptan Ball, ghax kienu s-suldati tal-gzira.
Fis-16 ta’ Settembru huwa kien misjub hati u kien moghti
l-ezilju. Erbgha xhur wara, huwa kien mehud Tunez u imbaghad
Franza fejn qata’ l-kumplament ta’ l-ezilju. Gewwa
Franza kellhu tlett itfal subien minghand Katerina Formosa de
Fremaux.
Irritorna
Malta fid-19 ta’ Gunju 1820, u hames snin wara Vassalli
kien appuntat professor tal-Malti bil, bl-ghajnuna ta’
John Hookman, li wkoll ghenu jippublikka xi xoghlijiet min tieghu
u jaqleb il-Bibja ghall-Malti. Fl-1827 ippublika t-tieni edizzjoni
ta’ ‘Il-Grammatika Maltija,’ u ktieb fuq il-proverbji
w idjomi Maltin bil-fuq minn 863 proverbji.
Fl-1828
Vassalli rega’ spicca ma jiflahx serjament sakemm miet
filghodu tat-12 ta’ Jannar, 1829. Kien bniedem li emmen
b’qawwa kbira fil-lingwa Maltija, “imma jien, dan
l-ilsien taghna, li hu lsien art twelidi, u naturali ghalija.
ma nafx u ma nistax insejjahlu haga ohra hlief Malti.”
[‘Lexicon’ ta’ Mikiel Anton
Vassalli bi prezentazzjoni ta’ Frans Sammut 2002]
Il-monument tieghu jinsab quddiem Bieb De Rohan, int u diehel
gewwa Haz-Zebbug. Wiehed ta’ min isellem lil dan il-persunagg
hekk kbir, waqt li jkun ghaddej bil-karozza tieghu w jammirra
il-kapacita’ u l-impenn personali li kellhu ghall-lingwa
taghna, il-Malti.
|