| |
•
Home
•
History
•
Articles
•
Interviews
•
Downloads
•
Personalities
•
Organisations
•
Contact
•
E-mail
|
 |
Programm ta' Festi
Article Written By St. Philip Band Club
Date : 28/05/2007 |
|
|
|
Programm
ta’ Attivitajiet Organizzati mill-Kazin Banda
San Filep bhala parti mill-Festa ta’ San Filep
f’Haz-Zebbug
Ix-Xandir fuq ir-Radju Kazin Banda San Filep li
qed jxandar fuq 106.3fm, jibqa’ sejjer sa l-10
ta’ Gunju 2007. |
|
|
Il-Hamis 31 ta’ Mejju 2007
fit-20:30 Riceviment fil-kazin
ghall-membri kollha. |
|
Il-Gimghat 1 ta’ Gunju
2007
mid-21 :00 Extreme Green Party organizzat
miz-zghazagh |
|
Is-Sibt 2 ta’ Gunju 2007
fit-20:30 Ikla fil-pjazza ghall-membri u
l-hbieb tal- Kazin Banda San Filep akkumpanjata
minn kant u divertiment iehor. Jibdew jinbighu
il-biljetti ghall-Musical Ir-Rebbieh. |
|
Il-Hadd 3 ta’ Gunju
2006 - Jum il-Hrug min-Nicca
Mid-8.00am sal-3.00 pm: Tberik u wara
Open Day fil-Kamra tan-Nar. Id-dilettant tan-nar
jistghu jaraw il-harqiet kbar ta’ nar ta’ l-Ajru
u ta’ l-Art li hemm lesti ghall-Festa ta’ San
Filep ta’ din is-sena.
Fl-10:00 Riceviment fil-kazin
ghall-membri Zghazagh.
Fit-20.00: Il-Banda San Filep iddoqq
l-Innu Popolari fuq iz-zuntier waqt li l-istatwa
ta’ San Filep tkun ghaddejja processjonalment
biswit il-bieb principali gol-knisja.
Fit-20:30 Fi tmiem il-funzjoni fil-knisja,
il-Banda San Filep taghmel marc li jibda minn
fuq iz-zuntier tal-knisja, ghal Triq Sciortino,
Triq il-Kbira u jispicca quddiem il-kazin. Waqt
il-marc ikun hemm kaxxa nfernali u murtaletti. |
|
It-Tnejn 4 ta’ Gunju
2007
fit-20:30 Riceviment fil-kazin
ghall-benefatturi u mistednin distinti. |
|
It-Tlieta 5 ta’ Gunju
2007
fit-20.30 Il-Banda Santa Maria
tal-Qrendi, mistiedna tal-Kazin San Filep,
taghmel Marc li jibda minn fuq iz-zuntier
tal-Knisja Arcipritali u jghaddi minn dawn t-toroq:
L-Isqof, De Rohan, il-Kbira, Mamo, Siggiewi,
il-Hofra, Tad-Dawl, San Guzepp, tal-Angli, u
Triq il-Kbira sa Misrah San Filep.
Tizzanzan l-umbrella kbira mekkanizzata mahduma
miz-zghazagh. |
|
Il-Hamis 7 ta’ Gunju
2007 - it-Tieni Tridu,
fit-21.00 Fi tmiem iI-funzjoni fil-knisja,
l-Banda San Filep tibda marc minn fuq iz-zuntier
tal-Knisja Arcipritali, jmur ghand l-Arcipriet u
jkompli f’dawn it-toroq: Sciotino, Vjal
il-Helsien, Agira, Lazzru Pisani, San Rokku,
iz-Zebbug, Dun Filippu Calleja, Adeodato Gatt,
Ghasfura, Tumas Dingli, Paris, Misrah Muxi,
il-Kbira sa quddiem il-Kazin. Terga tintrama
l-umbrella mekkanizzata.
Waqt il-marc isir hruq ta’ nar ta’ l-ajru :
sfejjer, blalen, beraq pront, murtali tal-kulur
u kaxxa jfernali tal-kulur.
Wara l-Marc ikun hemm loghob tan-Nar ta’ l-art
artistiku u makkanizzat fil-Pjazza San Filep. |
|
Il-Gimgha 8 ta’ Gunju
2007
fil-23.30 Esibizzjoni kbira ta’ loghob
tan-nar ta’ l-art f’Misrah San Filep u Triq
Sciortino. Ix-xoghol li hafna minnu huwa
mekkanizzat, huwa kollu mahdum mill-membri
tal-Kamra tan-Nar tal-Kazin Banda San Filep. Din
l-esibizzjoni li hija ferm mfittxija
mid-dilettanti ta’ l-arti tal-loghob tan-nar ta’
l-art f’Malta, tiehu madwar siegha u nofs. |
|
Is-Sibt 9 ta’ Gunju
2007 - Lejlet il-Festa.
Fit-08:00 Hruq ta’ murtali, murtaletti, u
kaxxa nfernali waqt id-daqq tad-Te Deum.
Fis-18:30 Nar ta’ l-ajru, li jinkludi
kaxxa nfernali, murtali u varjazzjoni ta’
murtaletti bil-loghob, waqt it-Transulazzjoni.
Fit-20:00 Marc mill-Banda San Filep, li
jibda minn hdejn il-Bieb ta’ De Rohan u jimxi
matul Triq il-Kbira sa Misrah San Filep.
Fit-22:00 Programm vokali u strumentali
mill-Banda San Filep fuq il-plancier taghha,
fil-pjazza principali ta’ Haz-Zebbug. F’dan
il-programm strumentali u vokali, jiehdu sehem
ukoll is-Sopran Joan Mangion, it-Tenur Joseph
Aquilina u l-Baxx Anthony Montebello, flimkien
mal-Kor Laudate Dominum immexxi minn Mro.
Sebastian Camilleri. Il-Banda San Filep tkun
taht id-direzzjoni ta’ Mro. Richard Bugeja FLCM,
FVCM (Hons.). Fil-Programm tindaqq kemm muzika
klassika u moderna kif jidher fil-programm hawn
taht: |
|
Programm Vokali u
Strumentali
mill-Banda San Filep
nhar is-Sibt 9 ta’ Gunju 2007 go Misrah San
Filep
Tislima Innu Popolari Giuseppe Caruana / Dun
Karm Psaila
Innu Marc Jum il-Patrun Richard Bugeja / Philip
Agius
Prelude A Silver Monument Philip Gatt
Romanza Madame Butterfly – “Un bel di vedremo”
Giacomo Puccini
Theme Mission Impossible Lalo Schifrin
Overture Die Fledermaus Johann Strauss
Selection Tom Jones in Concert H Kolasch
Tone Poem Civitatis Rohan Richard Bugeja
Tislima A San Filippo D’Aggira Orlando
Crescimanno
Tislima Missier iz-Zebbugin Emanuel Fenech /
Godfrey Farrugia
Tislima Innu tal-Banda Adeodato Gatt / Philp
Farrugia
Tislima Innu Nazzjonali Robert Samut / Dun Karm
Surmast Direttur: Mro Richard Bugeja F.L.C.M.,
F.V.C.M.(Hons.)
Soprano: Joan Mangion
Baxx: Anthony Montebello
Kor: Laudate Dominum
Waqt il-marc u l-programm ikun hemm esibizzjoni
kbira ta’ nar ta’ l-ajru: beraq pront, sfejjer,
blalen, u murtali tal-kulur. Fit-tmien ikun hemm
kaxxa nfernali sabiha tal-kulur. In-nar huwa
kollu mahdum mis-St. Philip Fireworks Factory. |
|
Il-Hadd 10 ta’ Gunju
2007 - Jum il-Festa ta’ San Filep.
Fid-9.00: Marc mill-Banda San Filep li
jibda minn fuq iz-Zuntier tal-Knisja Arcipritali
u jmur fit-Toroq Sciortino, il-Parocca, San
Guzepp, Hali, Pawlu Debono, Princep Baziliku,
Hal Dwin, Pelagju Mifsud, Karlo Gimach,
il-Mithna, Fra Ferd Mattei, Frangisk Zahra,
Tal-Grazzja u Triq il-Kbira sal-Kazin.
Waqt il-marc tinharqu kaxxi nfernali, murtali u
murtaletti.
Mis-18.00 ‘il-quddiem, marci mill-Baned
mistiedna tal-Kazin Banda San Filep kif gej:-
Il-Banda San Bastjan tibda marc minn Triq
Hal-Mula, Dun S.Ciappara, Dun S. Trevisan, Dun
L.Mifsud Tommasi, is-Sindku P.Vella, Mamo, Sant’
Antnin u Triq il-Kbira sal-Pjazza San Filep fejn
wara taghmel programm fuq il-plancier.
Il-Banda Queen Victoria tibda marc minn
Triq il-Kbira hdejn il-Coronation Bar ghal Triq
Sciortino u lura ghall-Pjazza San Filep fejn
wara tag]mel programm fuq il-plancier.
Il-Banda San Bartilemew tilqa l-purcissjoni
ta’ San Filep hdejn il-knisja tad-Duluri,
imbaghad terga ddoqq fuq iz-zuntier waqt id-dhul
tal-Istatwa ta’ San Filep.
Wara l-funzjoni tal-knisja, taghmel il-marc ta’
l-ahhar, imfittex b’mod partikulari mill-membri
tal-Kamra tan-Nar ta’ San Filep li jkunu ghadhom
kif temmew l-esibizzjoniniet tan-nar ta’ l-ajru
bil-kaxxa tal-kulur waqt id-dhul tal-purcissjoni.
|
|
It-Tnejn 11 ta’ Gunju 2007
- L-Ghada tal-Festa.
Xalata ghall-Armier organizzata mill-Kumitat
taz-Zghazagh tal-Banda San Filep, Ikun hemm it-trasport
u biljetti minghand il-membri tal-Kumitat
taz-Zghazagh. |
|
It-Tlieta 12 ta’Gunju 2007
- Eghluq tal-Festa.
Fit- 20:30 Ikla bejn il-hbieb fil-Kazin
San Filep organizzata mill-Kumitat tan-Nisa.
Biljetti minghand il-Kumitati tas-Sezzjonijiet
kollha. |
|
|
|