| |
•
Home
•
History
•
Articles
•
Interviews
•
Downloads
•
Personalities
•
Organisations
•
Contact
•
E-mail
|
|
It-Twaqqif
ta' Haz-Zebbug
|
| |
|
Il-Bidu’
ta’ Haz-Zebbug
|
| |
|
Il-familja
Abela, li kienet tiggverna lill-Malta u lill-Aggira, fis-sena
1392, kienu tal-ewwel li ghamlu relazzjoni tajba bejn dawn iz-zewg
t’ibliet. Jista’ jkun li kienu huma li bdew idahhlu
d-devozzjoni lejn San Filep. Sqalli iehor, kien Filippu l-Kataniz
li kien gej min familja nobbli u maghrufa ta’ Katanja.
Dan kien gie Malta minhabba x-xoghol tieghu, u spicca zzewweg
ghand familja Maltija nobbli, li jidher li kienet toqghod lejn
fejn huwa maghruf, ‘Ta' Mamo’. Hemmhekk, huwa kellhu
knisja zghira.
Jghidu
li Filippu l-Kataniz, kien jippreferi jmur jisma’ l-quddies
Hal-Qormi, izda jidher li kien hemm xi ddisgwid bejnu u xi nies
min Hal-Qormi, u ghalhekk hass li kienet tkun xi haga ghaqlija
hafna li kieku kellha tinbena knisja kbira f’nofs dan
ir-rahal. Huwa tenna li hu lest jikkontribwixi l-art biex issir
din il-knisja, pero’ trid tkun ddedikata lil San Filippu
t’Aggira. Jidher li kellhu gnien kbir u offrih biex tinbena
l-knisja fl-1380. Jidher li l-knisja li bena Filippu dak iz-zmien
kienet izghar min dik li hemm illum. Filippu kien offra wkoll
dar biex isservi bhalha residenza ghall-vigarju li kien jiehu
hsieb il-knisja, flimkien mar-renti ta’ xi eghlieqi, li
l-iskop taghhom kien li jithallas is-sacerdot.
Haz-Zebbug
kien it-tmien belt li sar parocca. L-awtoritajiet tal-Knisja,
damu jahsbuha jekk dan ir-rahal jaghmluhx parocca, minhabba
li kien vicin l-Imdina, u ma kellhux limiti kbar bhal ma kellhom
parocci ohra ta’ Hal-Qormi, Naxxar jew iz-Zejtun. Is-sur
Mamo, sinjur joqghod Haz-Zebbug, offra dar ukoll, fejn sal-llum
ghadha dar tal-knisja, fejn joqghod l-Arcipriet. Din regghet
imbniet fis-sena 1636, mill-kappillan Vassallo, u Dun Cachia
rega’ mmoderniza xi partijiet mid-dar.
|
| |
| |
|
L-Isem
ta’ Haz-Zebbug
|
| |
|
L-isem
Haz-Zebbug, gej mill-bosta sigar taz-zebbug li kien hawn fl-antik
go dan ir-rahal. Jidher, li Filippu l-Kataniz li tkellimna fuqu,
kellhu bosta gonna bis-sigar taz-zebbug, u dan kien jinfluwenza
bil-kbir meta nies kienu jirreferu ghal dawn l-inhawi.
Huwa
maghmul min tlett irhula; dak ta’ Hal-Mula, Hal-Muxi u
Hal-Dwin. L-iktar wiehed li ghandu zmien, huwa dan ta’
l-ahhar, fejn jinsab imnizzel fl-arkivji, meta f’pajjizna
kien hawn il-vizta ta’ Mons. Duzina fl-1575. Huwa mahsub
li maz-zmien l-isem inqalleb, pero dan l-isem x’aktarx
li gie, peress li kien hemm xi mqaddes tar-religjon ‘Din’,
allura Hal-Dwin kien l-isem li hareg minnu
Ukoll,
insemmu Hal-Muxi, li ismu gej min Moghxa; jigifieri raba’
li ma jinhadimx u ma jidhirx li ghandu x’jaqsam mal-Familja
Muxi, li kienet familja nobbli tghix hemmhekk. Hemmhekk, nbniet
kappella fl-1775. F’Hal-Mula, illum hemm hafna flats u
djar, pero' ghamel zmien vojt, sakemm imbaghad regghew bdew
jimbnew. Ismu huwa x’aktarx gej minn kelma Fenicja.
F’dan
ir-rahal instabu wkoll oqbra arkeologici u fdalijiet.
|
|