| |
•
Home
•
History
•
Articles
•
Interviews
•
Downloads
•
Personalities
•
Organisations
•
Contact
•
E-mail
|
|
It-Twaqqif
ta' Haz-Zebbug
|
| |
|
Qtil f'Haz-Zebbug
|
| |
|
F’Haz-Zebbug, fl-1691 gara fatt kurjuz. Jidher, li Filippu Fenech,
zaghzugh ta’ 28 sena, kien dahal jistkenn fil-Knisja ta’ Santa
Marija ta’ Hal-Muxi. Dan gara biex hu ma jinqabadx mill-pulizija
jew min-nies, peress li kienet tezizti l-immunita’ ekklezjastika
fil-knejjes. Din kienet li meta bniedem jidhol gol-knisja, hi
x’inhi raguni, il-persuna ma setghatx tinhareg min hemm gew,
jekk mhux min jeddu.
Izda, n-nies li kienu jobghoduh jidher li kienu ghamluha fatta
li jaqbduh b’xi mod jew iehor. Naturalment, gol-knisja ried
jaghmel xi xoghol, u meta darba hareg ibattal l-ilma min go
barmil fit-triq, l-eghdewwa tieghu sparawlu u darbuh serjament.
Miet l-ghada, fil-knisja stess, nhar is-27 ta’ Lulju, 1691.
Qabel ma miet, jidher li qerr, tqarben u saritlu l-Grizma tal-Morda.
Il-qabar tieghu nsibuh mitfun fl-istess knisja.
Jidher li suspetti ta’ min setgha sparalu, waqaw fuq persuna
nkarigata mill-pulizija, il-Kaptan tal-Virga, flimkien ma pulizija
ohra. Pero’ kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn min kellhu dritt
jiehu l-kaz f’idejh, u l-kwistjoni spiccat sahansitra Ruma.
Kull ma jinstab imbaghad, huwa rakkont ta erbgha linji fir-registru
tal-mejtin fil-knisja ta’ Haz-Zebbug.
|
| |
| |
|
San Teodoru u Zebbugin
|
| |
|
Il-qassis Zebbugi Dun Gustu Zammit, kien ghamel xi zmien Ruma
u kien kiseb il-korp ta’ San Teodoru Martri. Filfatt, fl-1741
kien hejja l-kappella ta’ Santa Katerina, bhalha l-post li fiha
kellha tilqa’ lil dan il-korp. Izda gara li meta rega’ mar Ruma,
huwa miet hemmhekk fl-1754. Sentejn wara, meta l-korp kellhu
jinghata lill-familjari ta’ dan il-qassis, l-ezekutur iddecieda
li jghaddi kollox lin-neputija tieghu, li kienet il-werrieta
Anna Tanti li kienet toqghod Hal-Lija.
Il-kappillan ta’ Hal-Lija xtaq li l-korp jitqieghed fil-knisja
tal-post u mhux joqghod fil-post (d-dar) ta’ Tanti. Izda ghalkemm
pprova kemm felah, ma rnexxilux. Izda, meta z-zewg qassisin
Zebbugin, Dun Xmun Buhagiar u Dun Gakbu Vassallo raw x’kien
qed jigri ddecidew li jheggu lin-nies tar-rahal issiru konxji
tal-importanza tal-fatt, u li l-post tal-korp tal-qaddis, la
kien postu ghand Anna Tanti, u lanqas fil-knisja ta’ Hal-Lija,
izda fil-knisja taghhom.
Ghalhekk, fl-4 ta’ Frar ta’ l-1759, dawn iz-zewg qassisin telqghu
lejn Hal-Lija b’500 ragel maghhom. Dawn l-irgiel gew imqassma
tul it-toroq kollha w thallha numru mdaqqas ta’ rgiel H’Attard;
jekk jinqala xi haga. Kull ma dahlu f’Hal-Lija minn dawn l-irgiel
kollha kienu, z-zewg qassisin u erbgha rgiel b’sahhithom. Meta
waslu qrib id-dar ta’ Anna Tanti, il-qassisin Zebbugin Vasallo
u Buhagiar habtu l-bieb, u meta fethet tennew li kienu fi triqthom
lejn il-Mellieha u li xtaqu jinvistaw lil San Teodoru. Ghalkemm
Anna kienet mifxula u milli jidher pprovat issib xi skuza, min
hemm jew min hawn, iz-Zebbugin irnexxielhom jidhlu gewwa.
Dawn waqt li qaghdu gharkobbtejhom quddiem l-arka tal-qaddis,
ghamlu hin qasir ta’ talb u waqt li qamu bil-wieqfa, ghalqu
l-arka u telqu l-barra biha. Anna ma stennietx din it-tip ta’
reazzjoni, u ma gharfitx x’taqbad taghmel. Iz-Zebbugin izda,
baqaw mixjin il-barra, u waqt li hargu minn Hal-Lija, irwew
lejn H’Attard, fejn kien hemm n-nies taghhom qed jistennewhom.
Dawn malli raw l-arka, daru maghha biex jiddefendu min xi azzjoni
li setghet tbieghed dan il-korp qaddis minnhom.
Huma imbaghad baqaw jimxu lejn Haz-Zebbug fejn l-irgiel li kien
mxerdin mat-toroq grew jifirhu b’dan l-akkwist importanti. Huma
baqaw diehlin bih Haz-Zebbug, fejn kien hemm bosta nies jistennewhom,
u ddahhal fil-kappella ta’ l-Assunta. Filghaxija mbaghad, bi
procesjoni kbira, ddahhal fil-Parrocca fejn tqieghed fil-kappellun
ta’ Santa Katerina.
Wiehed jistaqsi jekk kienx hemm rikors minghand Anna Tanti ta’
Hal-Lija? Iva, ghalkemm Tanti resqet talba biex il-korp tal-qaddis
jerga' jigi lura ghandha lill-Ufficju tal-Inkwizitur, kollox
baqa’ indeciz u l-kaz ma nghallaqx. Dan il-fatt jinsab fuq manuskritt
antik, u kienet saret referenza ghalih mill-kittieb storiku
Zebbugi, Ciappara.
|
|
|
|
Nar |
|
|
|
Fl-1804 gara li ghal xi raguni jew ohra, inqabad in-nar gos-sagristija
tal-Knisja. Gwakkin Parnis li kien qed jiehu kenn fil-Knisja,
intebah bil-hruq. Ghalhekk, qabad il-hbula tal-qniepel u beda’
jdoqq kemm jiflah. In-nies irrikorit lejn il-Knisja, u meta
bdiet tigri l-kelma x’gara, in-nies bdew gejjien bil-borom tal-ilma
biex jitfghu nar. Dan intefghha mill-ewwel. Hawn wiehed irrid
jaghmel rimarka, ilhi kieku ma kienx hemm Parnis fil-Knsija,
wisq probabli konna nsibu s-sagristija l-qadima mahruqa kollha,
u kienu jinqerdu r-rikezzi kollha li jinsabu go fiha. Kemm dehebijiet,
kemm ilbiesi u rkezzi ohrajn kienu jispiccaw fix-xejn.
|
|
|
|
Serqa mill-Knisja |
|
|
|
Erbgha
persuni dahlu gol-Knisja bil-lejl, fl-lejliet il-festa ta’ Korpus,
bejn id-9 u l-10 ta’ Gunju ta’ l-1819 f’tentativ li jisirqu
l-affarijiet importanti li hemm. Serqu tlett linef u zewg Kongregazzjoni
tas-Sagrament. Jidher li hbew kollox f’bir bla ilma li jinsab
fin-nahat ta’ Hal-Mula, biex imbaghad iggawduhom zmien wara.
Jidher izda, li missier wiehed minnhom, Germuda, iddecieda li
jikxef il-komplott kollhu u radd lura l-oggetti misruqa kollha.
L-erbgha hallelin, telghuhom fuq dar il-hmir, kif kienet drawwa
dak iz-zmien, u wara xebgha frosta fit-toroq, twaddbu l-habs.
Kien hemm hafna nies li qalu li Germuda kellhu x’jaqsam u kixef
ghax beza’ li setgha jinqabad, biex jiffranka l-piena w jiehu
l-mahfra. |
|
|
|