|
L-artal
ta' San Filep imbena' fl-1660 fiz-zmien il-kappillan Dun Salv
Muscat. Ittawlet in-nava principali u gew mizjuda zewg artali;
dak ta' San Guzepp u tal-Madonna tal-Karmnu.
Taht
il-kappillan Dun Domenico Pace (1679 - 1684) inxtraw diversi
djar u gardinetti madwar il-knisja biex b'hekk issir pjazza.
Hadem ukoll biex imbniet is-sagristija principali.
Is-salib
tal-pjazza gie mtellgha f'Mejju ta' l-1680 fuq disinn ta' Lorenzo
Gafa' biex jintwera' li l-pjazza hija post tal-Knisja. Disinn
iehor ta' Gafa' kien uzat fil-faccata tal-Knisja meta din kellha
bzonn restawr. Dan ix-xoghol sar bejn l-1689 u l-1691.
L-orgni
tal-Knisja sar fl-1692.
Fit-13
ta' Mejju ta' l-1729 il-Knisja giet solennement ikkonsagrata
mill-Isqof Mons. Fra Paolo Alpheran de Bussan.
Fit-8
ta' Gunju 1829 il-Knisja saret Arcipretali bil-kunsens tal-Papa
Piju VIII. Hadem hafna ghal dan il-ghan Dun Ludovico Mifsud
Tommasi li kellhu l-opportunita' li jkun l-ewwel arcipriet ta'
Haz-Zebbug, li izda m'accettahiex u rrizenja.
|