|
•
Matul il-153 sena li ilha tezisti s-socjeta tal-Banda San Filep
kellha sehem importanti fil-hajja socjali u kulturali ta’
Haz-Zebbug. Dawn ivarjaw minn gbir biex l-istatwa ta’
San Filep setghet issir tal-fidda, hidma volontarja minn membri
fil-bini tan-navi tal-knisja, taghlim tal-muzika b’xejn
tul dan iz-zmien kollu, sehem bil-banda f’kommemorazzjonijiet
ta’ Zebbugin maghrufa, partecipazzjoni fil-gemellagg ta’
Haz-Zebbug ma Agira fl-1997, organizzar ta’ wirjiet diversi,
partecipazzjoni f’attivitajiet imtella’ mill-parrocca
u mill-Kunsill Lokali bhal Jum Haz-Zebbug, akkademji, purcissjonijiet
tal-Gimgha l-Kbira u tal-Irxoxt u ohrajn, hidma kbira u kontinwa
fil-festa ta’ San Filep.
•
Fl-1944, il-Banda San Filep intaghzlet mill-kazini l-ohra tal-baned
ta’ Malta u Ghawdex biex taghmel programm muzikali specjali
fl-okkazjoni tal-ghoti ta’ xabla tal-unur lil Lord Gort,
il-Gvernatur ta’ Malta. Ir-Rev. Loreto Callus president
tal-Kazin Banda San Filep, ipprezenta ix-xabla f’isem
il-kazini l-ohra fil-presenza ta’ l-ghola awtoritajiet
civili u ekklesjastici.
•
F’okkazjonijiet specjali ohra il-Banda fakkret diversi
persunaggi Zebbugin famusi bhal Antonio Sciortino, Mikiel Anton
Vassalli, Dun Karm Psaila, L-Isqof Frangisku Saverju Caruana.
Xhieda ta’ dawn il-kommemorazjonijiet huma rhamiet mal-faccata
imponenti tal-kazin u busti li jinsabu gol-kazin.
•
Bejn l-1955 u l-1979 il-kazin kellu l-unika cinema go Haz-Zebbug.
•
Is-Socjeta okkupat diversi bini matul il-hajja taghha. Dawn
kollha kienu vicin il-pjazza: 52 u 54, Strada Parrocchia, 259/260,
Strada Reale (illum 23 Misrah San Filep), 254, Strada Reale
(illum 17 Misrah San Filep) u 12, Misrah San Filep fejn ilha
sa mill-1923. Dan il-post ta’ l-ahhar kien gie kkonsagrat
lill-Qalb ta’ Gesu fl-1929 u fl-1940 inxtara mis-socjeta.
Matul il-gwerra laqgha fih diversi familji ta’ refugjati
kif ukoll kien iservi ta’ depot ghal dawk inkaigati mit-thaffir
tax-xeltrijiet go haz-Zebbug. Il-bini gie mkabbar u msebbah
fi zminijiet differenti: fl-1955 saru s-swali tal-bar u tac-cinema,
fl-1979 nxtara gnien wara l-kazin u fl-1990 f’dan il-gnien
inbnew hwienet u swali godda. Fl-1998 u fl-2003 inbdew zewg
progetti kbar ta’ bini ta’ tarag majestuz u rinnovament
tas-swali fosthom tal-bar li sar gdid. Fl-ahhar tlett fazijiet
saru wkoll kantini godda biex b’hekk illum il-kantina
hija taht it-tul tul kollu tal-kazin. L-ispejjez kollha ghal-dawn
il-progetti ingabru minn fost il-membri tal-kazin.
•
Fl-1961, 1976 u fl-2001 is-socjeta iccelebrat l-anniversarji
mill-bidu
tal-Banda San Filep. Fic-celebrazjonijiet tal-2001, il-banda
hadet sehem fil-festival internazjonali Mandorlo in Fiore f’Agrigento,
ghamlet programm specjali f’Misrah San Filep taht il-patocinju
tal-President Guido Demarco u akkademja muzikali apposta fil-knisja
parrokjali preseduta mill-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici.
Giet imzanzna bandalora gdida, inkixfet irhama mal-faccata tal-kazin,
gie mitbugh ktieb tal-istorja tal-banda, saret quddiesa ta’
radd il-hajr imxandra fuq it-televisjoni nazzjonali, sar korteo
bl-iscouts ghac-cimiterju fejn tpoggew fjuri fuq l-oqbra ta’
presidenti u surmastrijiet tal-banda u attivitajiet specjali
ohra, kollha bi zjieda ma dawk li jsiru ta’ kull sena.
•
S’issa il-kazin kellu 20 President u 19-il Direttur Muzikali
matul il-153 sena ta’ attivita’ kontinwa. Il-President
tal-llum huwa Dr. John Attard Montalto B.A.(Hons.), LL.D., MEP,
wiehed mill-ewwel membri eletti minn Malta fil-Parlament Ewropew
u ex-Ministru tal-Gvern ta’ Malta. Id-direttur muzikali
huwa Mro. Richard Bugeja FLCM.
•
Illum il-Kazin Banda San Filep huwa wiehed mill-ikbar kazini
kemm bhala membri, hidmiet u bini tas-sede tieghu. Fost il-hidmiet
regulari tieghu insibu:
1.
Il-Banda San Filep taghmel mal-20 servizz muzikali matul
is-sena fosthom kuncerti fil-pubbliku;
2. Skola tal-muzika li toffri taghlim bla hlas u tislef
strumenti tal-muzika lill-allievi u bandisti taghha;
3. Il-banda regolarment tirrekordja muzika originali fuq
CD u casettes;
4. Kull sena l-banda tiehu sehem fil-purcissjonijiet tal-Gimgha
l-Kbira jew tal-Irxoxt;
5. Kull sena l-kazin itella’ wirja kbira tal-Gimgha
l-Kbira fi tlett swali gol-kazin. Fl-2005 se tizdied taqsima
ohra f’din il-wirja li se tkun go xelter tal-gwerra
li imhaffer taht il-kazin;
6. Fi zmien il-Milied izejjen Triq Sciortino bi dwal apposta
u jaghmel attivitajiet specjali bhal daqq ta’ 'carols'
mill-banda fil-pjazza, party ghat-tfal, dinner dance, u
din is-sena wirja ta’ bambini u presepji;
7. Is-socjeta tiehu sehem attiv hafna fil-festa ta’
San Filep go Haz-Zebbug;
8. Matul il-gimgha tmexxi radju tal-komunita’ li jaghti
enfasi fuq kull aspett tal-festa, li permezz tieghu kull
min ma jistax johrog igawdi l-festa fil-pjazza u fil-knisja
xorta jkun jista’ jsegwi u jisma dak li qed jigri;
9. Tmexxi karma tan-nar li tahdem esklussivament ghall-festa
ta’ San Filep;
10. Izzejjen uhud mit-toroq tar-rahal ghall-festa u tiehu
hsieb taghmel armar gdid u l-manutenzjoni ta’ dak
ezistenti;
11. Qeghda f’nofs progett ta’ tizjin gdid ghal
Triq Sciorino li jinkludi erbatax-il kolonna gdida bi brazzi
u angli mahdumin nimm Alfred Camilleri Cauchi;
12. Tmexxi klabb socjali li jiftah ta’ kuljum, filghodu
u filghaxija;
13. Tippublika zewg ktejjeb kull sena u kalendarju, li kollha
jitqassmu mar-rahal;
14. Torganizza diversi attivitajiet socjali matul is-sena
bhal ikliet u barbikjuwijiet, hargiet, kompetizzjonijiet
sportivi u wahda ta’ kostumi tal-karnival;
15. Tiehu sehem shih u attiv fil-hajja socjali tar-rahal
inkluzi attivitajiet tal-Kunsill lokali u tal-parrocca. |
•
Il-kazin huwa mmexxi mmexxi minn Kumitat centrali elett mill-membri
kull sentejn, mghejjun mit-taqsimiet tan-nisa u taz-zghazagh,
flimkien ma sotto-kumitati tal-banda, tan-nar, tal-armar, tal-kultura
u kumitat organizzattiv. Illum jghodd madwar 1000 membru. Il-finanzi
kollha tal-kazin jigu awditjati u jinghata rendikont shih lill-membri
fil-laqgha generali li ssir kull sena.
• Ix-xoghol kollu jsir minn membri fuq bazi volontarja
u bla hlas. B’rihet dan setgha jsir hafna zvilupp fi zmien
qasir bla ma tnaqqas xejn mis-sehem kbir li s-socjeta taghti
fil-festa tal-patrun. F’Mejju 2004 gie inawgurat il-bar
il-gdid wara hidma kbira li kienet tinvolvi it-tnehhija ta’
kolonna tavu kbir tal-konkos li kien jistrieh fuqha u tarag
bir-ragg, thaffir u bini ta’ kantina, attrezzar mill-gdid
tas-sala tal-bar bi granit, bank tal-bar, apparat modern, suffett
sabih, dwal u projettur li jippermetti li t-televisjoni jintwera
fuq skrin kbir.
F’Dicembru
2004 ittellghet wirja kbira ta’ bambini u presepji kif
ukoll serata specjali ta’ kant u daqq ta’ ghanjiet,
recta, priedka tal-Milied, ... bi zjieda ma l-attivitajiet l-ohra
tal-Milied bhad-daqq ta’ carols, party ghat-tfal, dinner
dance u tizjin ta’ gewwa u barra.
Fl-2005
ghandha tinfetah it-taqsima gdida tal-wirja
tal-Gimgha l-Kbira fix-xelter. Ghall-festa ta’ San Filep
2005, ikomplu jizzanznu aktar kolonni godda li jzejnu Triq Sciortino.
Dawn se jifformaw sett ta’ erbatax, uhud bi brazzi u ohrajn
bi statwi ta’ angli mahdumin minn Alfred Camilleri Cauchi.
Wara li fl-2003 il-kazin irrestawra l-angli li jintramaw madwar
is-salib tal-pjazza, issa se jibda r-restawr tas-sett statwi
li juru lil San Filep jiskongra. Baqa hafna xoghol xi jsir,
fosthom plancier gdid u tizjin tas-sala principali.
• Fil-bini tal-kazin jinstabu diversi oggetti ta’
nteress partikulari fosthom:
1.
Arkivju li fih gabra mhux zghira ta’ kitba muzikali,
uhud tas-seklu dsatax;
2. Gabra ta’ strumenti muzikali qodma;
3. Kopji tal-publikazzjonijiet tal-kazin, li jinkludu dokumentazzjoni
dwar l-istorja tal-kazin;
4. Monumenti ta’ Mro. Filippo Galea u Mro. Adeodato
Gatt, Dun Karm, M.A.Vassalli;
5. Bandieri u bandalori kommemorativi li uhud minnhom ghandhom
mal-mitt sena;
6. Irham ta’ tifkira;
7. Inkwadri u ritratti li whud minnhom ghandhom valur storiku;
8. Rigali moghtija lill-kazin u oggetti persunali li kienu
ta’ persunaggi bhal Mro. Filippo Galea, Mro. Philip
Gatt, Dun Karm Psaila u l-Isqof Emanuel Galea;
9. Ghamara antika;
10. Ktieb tal-vizitaturi b’diversi firem ta’
nies famuzi li zaru l-kazin bhal Lord Gort, Prim Ministri
Lord Strikland, Gorg Borg Olivier, Pawlu Boffa, Duminku
Mintoff, presidenti Ugo Mifsud Bonnici, Guido DeMarco, Isqfijiet
Mikiel Gonzi, Emanuel Galea, Paul Giglio, diversi ministri
u ohrajn. |
Philip Balzan B.Sc.(Hons.), PGCE
Vici-Segretaru u PRO
14 ta’ Novembru
2004
|