|
Ghall-bidu l-baned kienu jkunu maghrufa l-aktar bl-isem ta'
rahalhom, u fil-kaz taghna mhux xi eccezzjoni. Kienet maghrufa
bhala Societa Filarmonica del Zebbug (1).
F'dawn l-ewwel snin tal-hajja taghha l-Banda Rohan gibdet l-ammirazzjoni
tal-poplu Zebbugi. F'dawk iz-zminijiet il-Banda Rohan kienet
tiehu sehem f'diversi festi fir-rahal, fosthom fil-festa titulari
ta’ San Filep (2) u fil-purcissjoni tal-Gimgha L-Kbira.
L-ammiraturi tal-Banda ddecidew li jaghmlu palk biex il-Banda
tkun tista' ddoqq fuqu fil-festi titulari tal-Belt Rohan. Il-palk
sar u gie mzejjen bl-armi tal-Granmastru De Rohan li tieghu
l-Banda u Haz-Zebbug igibu l-ismu. Saret ukoll statwa ta’
l-istess Granmastru De Rohan li tpoggiet f'post prominenti tal-palk.
Fl-1870, sewwa sew meta l-Papa Piju IX pproklama lil San Guzepp
Patrun Universali tal-Knisja, saret l-istatwa ta' San Guzepp
f'Haz-Zebbug, xoghol ta' Glormu Darmanin. Il-Banda Rohan giet
mistiedna mill-Fratellanza ta' San Guzepp sabiex tiehu sehem
fil-festa tal-Patrocinju tal-Qaddis - haga li ghadha ssir sal-lum.
Sa l-1910 il-Banda Rohan gharfet izzomm ruhha indipendenti.
Ma kellha x'taqsam ma' ebda socjeta ohra. Kellha l-post taghha
fejn tharreg l-allievi u wkoll fejn tikkuncerta ghall-programmi
li kien ikollha matul is-sena (3).
Dan il-post ghadu maghruf sal-lum bhala L-Iskola u jinsab fi
Triq l-Isqof. Interessanti hu li dan il-post ghadu sal-lum jintuza
mis-Socjeta taghna biex fih jinzamm l-armar tal-festa ta’
San Guzepp.
Il-Banda
Rohan damet tiehu sehem fil-festa ta' San Filep sal-1904, meta
jidher li qamet il-kwistjonital-Muzika Sagra fil-knisja. Dak
iz-zmien iz-zewg Maestri di Cappella principali f'Malta kienu
Mro. Bugeja u Mro. Nani (4). Meta waslet il-Festa titulari ta'
San Filep gara li kien hemm min ried jibqa jzomm lil Mro. Bugeja
bil-muzika tieghu u min ried jibdel u jgib lil Mro. Nani. Kien
gie deciz li ghall-festa ta' San Filep kellu jibqa' jaghmel
il-muzika Mro. Bugeja.
Id-dirigenti
tal-Banda Rohan ma qablux ma' dan u ghalhekk irrifjutaw li jibqghu
jiehdu sehem fil-festa titulari, kif kienet ilha taghmel sa
mit-twaqqif taghha fl-1860. Dan kien il-kaz ukoll li tilfu d-dritt
tal-palk tal-Banda, ghaliex waqa' f'idejn l-awtoritajiet tal-Knisja
Parrokkjali, u aktar tard l-istatwa tal-Grand Mastru De Rohan
li
kienet izzejjen dan il-palk giet mibdula ma ohra ta’ Vilhena.
Imma
dawk li riedu lil Mro. Nani ma hallewx li din il-kwistjoni tghaddi.
Ghalhekk stiednu lil dan is-surmast biex jigi jdoqq fil-festa
ta' San Guzepp, li sa l-1904 kienet tigi celebrata fil-parrocca
taghna fl-ahhar Hadd ta' April (5), u gieli anke fl-ewwel Hadd
ta' Mejju (6).
Il-Kumitat
tal-Banda Rohan hass li l-festa ta' San Guzepp kienet wisq qrib
il-festa ta' San Filep.Haseb u hadem sabiex jittrasferixxi l-festa
ta' San Guzepp ghal gurnata aktar lura. Dan il-hsieb irnexxielhom
iwettquh u mill-1905 il-festa ta' San Guzepp giet stabbilita
ghall-ahhar Hadd ta' Lulju (7). Dan seta' jkun possibbli b'reskritt
li ghogbu jaghti l-Papa Piju X (8). Hawn ta’ min wiehed
jinnota li l-festa ta’ San Guzepp f’Haz-Zebbug,
hija l-unika festa sekondarja f’Malta li tigi ccelebrata
wara dik titulari.
Minn
din il-kwistjoni tal-Muzika Sagra s-Socjeta' taghna Kazin San
Guzepp u Banda De Rohan hadet il-laqam Ta' l-Ajkla. Dan gara
peress li l-laqmijiet Ta' l-Ajkla u Ta' l-Istilla kellhom konnessjonijietmaghhom
Nani u Bugeja (9). Illum id-disinji tal-laqmijiet narawhom jispikkaw
fl-armi tal-baned u f it-tizjin tal-festi rispettivi.
Fl-1910,
fuq inizjattiva tan-Nobbli Antonio Zammit Gauci, li kien il-President
tas-Societa Filarmonica Rohan (10) kif ukoll il-Prokuratur tal-Fratellanza
ta' San Guzepp (11) twaqqaf ic-Circolo San Giuseppe.
Is-Societa
Filarmonica Rohan u c-Circolo San Giuseppe nghaqdu ufficjalment
b'kuntratt nhar l-1ta' Novembru 1910. Il-President, kif kien
xieraq, kien Antonio Zammit Gauci. Din l-ghaqda setghet tkun
possibbli peress li l-parti l-kbira tal-membri taz-zewg kumitati
kienu fil-kumitat taz-zewg istituzzjonijiet. Minn dak in-nhar
'il quddiem is-Socjeta bdiet iggib l-isem Circolo San Giuseppe
e Filarmonica Rohan (12).
Minkejja
iddiffikultajiet kbar li l-kumitat kien jiltaqgha maghhom minn
naha ta’ ghadd kbir ta’ sacerdotiZebbugin, minn
sena ghal ohra kompla jizdied l-armar ta’ barra u l-armar
ghal gewwa l-knisja (13). Il-festa ta’ San Guzepp giet
stabbilita bhala wahda mill-aqwa ta' pajjizna (14). Fil-bidu
tas-Snin Tletin kienet fl-aqwa taghha, imma fl-1935 hadet l-ewwel
daqqa bil-Koncilju Regjonali, u dak li ma kienx irnexxielu jaghmel
parti kbira mill-kleru zebbugi ta’ dak iz-zmien gie mpost
mill-Koncilju Regjonali.
Skond
studju li ghamel Dun Guzepp Farrugia fit-tezi tieghu Il-Konflitt
tal-Partiti tal-Festi Sekondarji u l-Knisja Maltija, kiteb li
sal-Koncilju Regjonali ta' l-1935 il-partit (Socjeta) ta’
San Guzepp f’Haz-Zebbug kompla jikber tant li waslu li
fil-festa taghhom jarmaw daqs, jekk mhux izjed mill-festa titulari.
Dan kollu gie fit-tmiem tieghu mal-Koncilju Regjonali ta’
l-1935, li mpona restrizzjonijiet horox fuq il-Festi Sekondarji.
Il-kumitati
kellhom jobdu r-regolamenti godda, mhux ghaliex dawn qablu maghhom,
izda ghax il-Knisja kellha f’idejha s-sahha u l-influwenza.
Dawn ir-restrizzjonijiet taw daqqa 'l isfel lill-festa ta' San
Guzepp, sakemm f'Mejju ta’ l-1975 l-Awtoritajiet Civili
nehhew ir-restrizzjonijiet minn fuq il-Festi Sekonarji, f’dak
li jirrigwarda festi ta’ barra, u hadu f’idejhom
il-hrug ta' permessi ghall-armar, baned, nar u dak kollu li
ghandu x'jaqsam mal-festi u l-attivitajiet li jsiru fit-toroq.
Mhux
l-istess jista' jinghad ghall-festi li jsiru fil-knisja. Ir-restrizzjonijiet
fuq it-tizjin u fuq il-funzjonijiet ghadhom fis-sehh. Huwa ghalhekk
li llum is-Socjeta' taghna ghandha ghalfejn tirringrazzja lil
Dun Guzepp Bonanno, Prokuratur tal-Festa ta' San Guzepp bejn
l-1916 u l-1943, li ghamel minn kollox sabiex il-knisja parrokkjali
tar-rahal ma jkun jonqosha xejn fil-Festa ta' San Guzepp. Mertu
ukoll lil-Dun Albert Dalli, Arcipriet ta’ ta’ Haz-
Zebbug bejn 1904 sa 1918.
Mit-twaqqif
taghha sal-lum il-Banda Rohan rat 19-il Surmast Direttur, tnejn
minnhom Taljani. Gaetano Emm. Cali u Antonio Ruto. Minn idejn
Indri Borg fl-1872 (15) il-Banda ghaddiet f’idejn Mro.
Molinari. Warajh fl-1875 insibu l-ewwel Surmast Direttur Zebbugi,
M'Ang Galea, wiehed minn ulied il-Banda. Mro. Galea kien klarinett
prim mal-Banda Rohan. Dam jidderiegi l-Banda sa l-1880.
Bejn
l-1880 u l-1892 (16) id-direzzjoni tal-Banda kienet fdata f'idejn
M'Ang Debono. Il-hames Surmast Direttur kien Zebbugi iehor,
Mro. Lorenzo Gatt, li dam fit-tmexxija tal-Banda Rohan ghal
tmien snin,sa l-1900 (17). Fi zmienu, skond gurnal ta' dak iz-zmien,
insibu li l-Banda Rohan kienet wahda mill-iktar baned li daqqew
fil-pubbliku(18).
Meta
Mro. Gatt, kontra qalbu kellu jhalli d-direzzjoni tal-Banda,
din ghaddiet f'idejnMro.Vincenzo Carabott, Surmast ta' fama
kbira. Fi zmienu, bhala Surmast Direttur tal-Banda De Rohan
ta' min isemmi l-funeral kbir tal-President Onorarju tas-Societa
Filarmonica Rohan, Mro. Filippu Galea. Il-funeral tieghu gie
akkumpanjat b'marci funebri, kif kien xieraq, mill-ewlenija
banda ta’ Citta Rohan il-Banda Rohan (19).
Bejn
l-1903 u l-1906 kellna lil Mro. Orlando Grescimanno, wiehed
mill-aqwa surmastrijiet ta' dak iz-zmien. Kien jaghmel kuncerti
wiehed fl-iehor, programmi fuq programmi. Il-Banda bdiet tigi
mistiedna kwazi fil-festi principali kollha. Mro. Crescimanno
jibqa' msemmi ghall-innu l-kbir li ikkompona, Inno a San Giuseppe,
xoghol vokali u strumentali tassew sabih! Innu li ghadu jindaqq
sal-lum fl-ahhar ta' kull programm muzikali li tesegwixxi l-Banda
Rohan.
Kien
zmien ukoll meta l-Kumitat tas-Socjeta Filarmonica Rohan immexxi
mill-President il-Perit Pawlu Cassar Torreggiani, beda jahseb
biex il-bandisti jkollhom uniformi - wahda bajda li kienet tintuza
ghall-granet tas-sajf u l-ohra ta' lewn ikhal li kienet tintuxa
fix-xitwa.
Wara Crescimanno ssejjah bhala Surmast Direttur it-Taljan Gaetano
Emmanuele Cali, li dam fil-hatra sa Frar ta' l-1914. Warajh
il-Banda kienet taht id-direzzjoni ta' Surmast Direttur Taljan
iehor, Mro. Antonio Ruto. Ruto ma damx wisq peress li kienet
faqqghet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Kien lahaq ghamel biss xi kuncerti
u programm.
L-ghaxar Surmast Direttur tal-banda Rohan kien Pacifico Scicluna.
Matul iz-zmien tieghu kien ghamel xi zmien indispost u ghalhekk
ma setax jaghti l-kontribut tieghu kollu lill-Banda, barra wkoll
li kellu xi baned ohra taht id-direzzjoni tieghu. B’xorti
tajba dik il-habta bhala Assistent Surmast l-Banda kellha liz-zaghzugh
Giuseppe Busuttil (20) li kemm-il darba ha t-tmexxija tal-Banda
f'idejh.
Fl-1920
il-Kumitat tas-Socjeta' Kazin San Guzepp u Banda De Rohan ta
t-tmexxija tal-Banda f'idejn Mro. Giuseppe Busuttil wara l-
esperjenza li kien ha bhala Assistent Surmast. L-ammiraturi
tal-Banda harsu lejh b'fiducja u raw fih il-bniedem li kellu
tant jirsisti, jissagrifika ruhu u jpoggi f'post gholi l-isem
tal-Banda De Rohan. Bizzejjed insemmu l-programm esegwit fi
Pjazza Regina, il-Belt, 1924 fl-okkazjoni ta’ eghluq il-50
anniversarju mit-twaqqif tal-Banda La Valette. Programm iehor
kbir kien sar gewwa Haz-Zebbug fis-6 ta' Marzu, 1921, meta l-Banda
De Rohan fakkret il-61 sena mit-twaqqif taghha (21). Kien ukoll
bis-sahha ta' dan l-istess Surmast li l-Banda giet regalata
sett qniepen tubulari fl-1923 mill-ammiraturi taghha (22).
Dak
iz-zmien kien zmien tad-deheb ghal banda u l-ammiraturi taghha
kienu jmorru kull fejn tmur il-Banda. Iqattghu madwar tliet
sighat jisimghu b'attenzjoni kbira lill-Banda tesegwixxi l-programm
muzikali. Kien f'dak iz-zmien ukoll meta fi hdan is-Socjeta’
Circolo San Giuseppe e Filarmonica Rohan twaqqfet is-Socjeta
Mutuo Soccorso (23A). Socjeta mwaqqfa biex tghin lill-membri
u lill-bandisti fil-bzonnijiet taghhom.
F’Gunju
ta’ l-1926 id-direzzjoni tal-Banda nghatat F’idejn
Mro. Vincenzo Ciappara. Surmast li baqa’ maghruf ghad-direzzjoni
tal-baned, kif ukoll ghall-istrumentazzjoni ta’ kompozizzjonijiet
ta’ diversi kompozituri ghall-orkestra. Fuq kollox kien
maghruf bhala r-Re tal-Marci Maltin (23).
Wara
Mro. Vincenzo Ciappara, f'Jannar ta’ l-1930 il-Banda De
Rohan ghaddiet f'idejn Mro. Mikiel Gatt, iben familja ta’
nisel il-muzicisti li ghamlu gieh lil Malta u fuq kollox lil
rahal twelidu, Haz-Zebbug. Kien kurunettist prim ma’ diversi
baned. Ta’ min isemmi li Mro. Mikiel Gatt kien in-neputi
ta’ Mro. Lorenzo Gatt.
Bejn
April ta’ l-1932 u Awissu ta’ l-istess sena nsibu
d-direzzjoni tal-Banda De Rohan f'idejn Mro. Willie Attard.
Fl-istess sena z-zaghzugh Geraldu Farrugia gie maghzul biex
ikun il-15-il Surmast Direttur ta’ din il-Banda. Farrugia,
iben il-Banda De Rohan, kien ghad kellu 23 sena meta dderiega
l-ewwel programm tieghu (24). Kien sar r-Rabat. Il-Banda De
Rohan damet taht id-direzzjoni tieghu ghal 38 sena. Tul dan
iz-zmien il-Banda De Rohan fakkret diversi okkazjonijiet specjali.
Fosthom fl-1938 meta
tfakkar it-78 anniversarju mit-twaqqif taghha. Kien attenda
l-Lieut Governor Adams Hunter li pprezenta lill-Banda bandalora
l-gmiel taghha bl-arma ta’ De Rohan (25).
Il-Banda
De Rohan kellha wkoll ix-xorti tiehu sehem fic-celebrazzjonijiet
li saru f’gieh iz-zjara f’Malta tar-Regina Elizabetta
kif ukoll qabel fil-festi li kienu saru f’eghluq is-60
sena mill-Inkurunazzjoni tar-Regina Vittorja. Fl-1964 hadet
sehem fil-festi ta’ Malta Indipendenti.
Is-Surmast
Geraldu Farrugia fuq kollox kellu x-xorti li fl-1960, flimkien
mal-Kumitat tas-Socjeta Kazin San Guzepp u Banda De Rohan jiccelebra
l-Ewwel Centinarju tal-Banda De Rohan, l-ewwel centinarju li
qatt gie celebrat go pajjizna minn banda. Mro. Geraldu Farrugia
jibqa' maghruf ghal diversi marci li kiteb ghall-Banda De Rohan,
fosthom Lil Indri Borg - Missier il-Banda De Rohan.
Fl-1970
Mro. Farrugia kellu kontra qalbu jhalli d-direzzjoni tal-Banda
De Rohan. Gie segwit minn Mro. Henry Camilleri, li wkoll kien
bandist mal-Banda De Rohan. Mro. Camilleri dam jidderiegi sa
l-1976. Warajh insibu lil Mro. Frank Galea li wkoll kien wiehed
minn ulied is-Socjeta taghna. Dawn iz-zewg Surmastrijiet komplew
fejn hallew ta' qabilhom fil-qasam tal-muzika.
Fl-1978
id-direzzjoni tal-Banda thalliet f'idejn is-Surmast Lawrence
Borg.Taht id-derizzjoni ta’dan is-surmast il-Banda De
Rohan ghamlet progress kbir. Fl-1981 il-Banda De Rohan esegwiet
Programm Strumentali fl-Istitut Kattoliku f'isem il-Malta Band
Clubs Association taht il-patrocinju tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni
u Kultura. Fi zmien Mro. Borg, fl-1985 il-Banda ccelebrat il-125
sena mit-twaqqif taghha u kienu saru festi kbar. Mro. Borg dam
jidderiegi lill-Banda De Rohan sa l-1990.
Fil-prezent
il-Banda tinsab taht id-direzzjoni ta' Mro. Ronnie Debattista.
Fl-1993 il-Banda De Rohan, rebhet l-ewwel post minn fost diversi
baned maltin fil- Konkors Nazzjonalital-Baned Malti li sar fit-Teatru
Manoel. Unur prestigjuz li ghamel unur u gieh lil-Banda u lil-Zebbug.
F’Novembru tas-sena ta’ wara fl-1994 il-Banda De
Rohan giet mistiedna biex tippartecipa fil-Malta International
Brass & Woodwind Festival. Programm iehor memorabbli taht
id-direzzjoni tas-Surmast Debattista kien sar fil-Knisja Arcipretali
ta’ haz-Zebbug f’Lulju ta’1995, meta gie mfakkar
il-125 sena mill-migja ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp
fostna Iz-Zebbugin, u fl-istess waqt il-125 sena minn meta San
Guzepp gie prokklamat Patrun tal-Knisja Universali.
Okkazjoni
ohra specjali kienet fis-sena 2000 meta l-Banda De Rohan iccelebrat
l-140 sena mit-twaqqif taghha bhala l-Ewwel Banda F’Malta
bi programm vokali u strumentali that il-patrocinju tal-President
ta’ Malta L-E.T. l-Professur Guido de Marco. Il-kumitat
tas-Socjeta’ Kazin San Guzepp u Banda De Rohan kien iddecieda
li biex dan l-avveniment tant importanti u storiku jibqa mfakkar
tizzanzan bandalora tal-Banda gdida.
Fl-arkivju tas-Socjeta nsibu ghadd ta' xoghlijiet ta' diversi
surmastrijiet. Dawn jinkludu marci brijuzi, marci funebri u
kompozizzjonijiet ohra.
Illum
is-Socjeta Kazin San Guzepp u Banda De Rohan, wara hajja ta'
tant snin ta' hidma, ghadha miexja, b'mixja soda u meta tara
x-xoghol li tant hadmu ghas-Socjeta l-membri taghha thossha
kburija. Kburija ghaliex dejjem imxew mal-motto tas-Socjeta:
AVANTI SEMPRE. (26)
Referenzi
Storja
ta' Malta ta' P.P. Castagna
Storia
del Zebbug e sua Parrocchia ta' Dun Salv Ciappara
Kontlitt
tal-Partiti tal-festi sekondarji u l-Knisja Maltija ta’
Dun Guzepp Farrugia
1 Guida Generale di Malta e Gozo - 1881 sa 1893
2 Il-Verita' - Mejju 1894
3 Guida Generale di Malta e Gozo - 1910
4 Corriere Mercantile Maltese - 1875
5 Malta Taghna - 23 ta' April 1904; La, Croce di Malta - 2 ta'
Mejju 1877
6 Il-Poplu Malti - 28 ta' April 1906
? Malta Taghna - 5 ta' Mejju 1906
8 Poplu Malti - 28 ta' Lulju 1906; Malta Taghna - 28 ta' Lulju
1906
9 Il-Berqa
10 Poplu Malti - 1 ta' April 1911
11 Poplu Malti - 1 ta' April 1911
12 Guida Generali di Malta e Gozo - 1920
13 Poplu Malti - 12 ta' Awissu 1911
14 Malta Taghna - 28 ta' Zulju 1917 u 18 ta' Mejju 1872
15 Corriere Mercantile Maltese
16 Guida Generale di Malta e Gozo - 1881 - 1892
17 Guida Generale de Malta e Gozo
18 Verita - 28 ta' April 1894
19 Patria - 11 ta' Gunja 1925
20 Malta Taghna - 28 ta' Zulju 1917 u 22 ta' Frar 1919
21 Ktieb ta' Tifkira ta’ Mro. Henry Camilleri 1960
22 Malta Taghna - 14 ta’ April 1923
23 l-orizzont - 16 ta' Awissu 1979
23A Malta Taghna - 25 ta' Novembru 1922
24 Il-Poplu - 19 ta' April 1933
25 Il-Berqa - 17 ta' Ottubru 1938
26 Berqa / Progress 1932
|